Sea Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Sea Malta Company Limited (1973-2006) kienet il-kumpanija nazzjonali Maltija tat-tbahhir.

Il-kumpanija twaqqfet fl-10 ta' Novembru 1973 fi zmien il-Gvern Laburista mmexxi mill-Perit Duminku Mintoff, li kellu l-maggoranza tal-ishma f'din il-kumpanija gdida. Il-hsieb wara din il-kumpanija kien illi tipprovdi servizzi marittimi kemm ghall-bzonn tan-nazzjon ingenerali kif ukoll biex tghin l-industrija Maltija. L-ewwel vapuri li operat is-Sea Malta kienu tlett vapuri qodma li qabel kienu jappartjenu lill-kumpanija Maltese National Lines; il-Marsa, Gudja u Mdina. Fl-1974, inxtraw l-ewwel vapuri mis-Sea Malta illi kienu r-Rabat u z-Zejtun. Dan tal-ahhar, ghalkemm wiehed mill-aktar vapuri famuzi li kellha l-kumpanija, ma tantx kien xortih tajba wara li fl-1976 kella tinbidillu l-pruwa wara habta ma' vapur iehor qrib Capo Passero fi Sqallija waqt li fl-1978 rega dahal fit-Tarzna ta' Malta wara li nqaleb f'Tunez.

Il-kumpanija kompliet tevolvi u anke investiet f'oil bunkering, assikurazzjoni u agenzija ta' vapuri. Fl-1975 il-vapur Tudor Prince inqaleb waqt li kien fil-Port il-Kbir. Dan inxtara mis-Sea Malta u wara li sarulu t-tiswijiet mehtiega issemma Bormla. Ma' dan il-vapur inxtara iehor li ssemma Dwejra, izda dan inbiegh wara ftit xhur biex floku ngieb vapur iehor li ssemma Dwejra II fl-1976. It-tlett vapuri qodma Marsa, Gudja u Imdina waqfu joperaw fl-1976 u fl-istess sena inxtara l-vapur Qormi biex b'hekk il-kumpanija tipprovdi servizz ahjar lejn l-Ewropa. Fl-1979 is-Sea Malta kellha wkoll sehem fit-twaqqif tal-kumpanija nazzjonali tal-irmonk, it-Tug Malta. Fl-1980 inbiegh il-vapur Rabat li fl-1990 ghereq vicin il-Kanal Ingliz. FL-1981, l-ufficcji tas-Sea Malta gew ittrasferiti lejn il-Marsa fejn damu hemmhekk sal-2006. Fl-1985 gie akkwistat il-vapur Zebbug wara l-bejgh tal-Bormla fl-1984. Iz-Zebbug ha post il-Qormi fuq ir-rotta lejn l-Italja.

Fl-1987 inxtara vapur iehor sinonimu mas-Sea Malta, il-Pinto. Maz-zmien xi vapuri kienu mislufa lis-Sea Malta ghal perjodu qasir fosthom il-Mosta (1986-1988) u l-Kusi (1985-1987). Sa nofs id-disghinijiet, is-Sea Malta spiccat biss b'zewg vapuri, iz-Zebbug u l-Pinto wara li nbieghu ukoll id-Dwejra II fl-1987 u l-Qormi fl-1989. Pero, fl-1996 inxtara l-ikbar vapur sa dak iz-zmien, is-Senglea, li pero rega nbiegh fl-1997. Fl-1998 inbiegh il-Pinto u sena wara nxtara l-ahhar u l-ikbar vapur li qatt kellha l-kumpanija, il-Maltese Falcon. Ghall-ahhar sitt snin tal-kumpanija din operat biss biz-Zebbug bejn Malta - Catania - Reggio u l-Maltese Falcon bejn Malta - Tunez - Genoa - Marsilja. Sa mill-2003 beda jrieghed fuq il-kumpanija hekk kif il-Gvern Nazzjonalista ddikjara li kienet qed taghmel it-telf u tiswa l-flus lill-poplu, ghalkem is-Sea Malta qatt ma hadet l-ebda sussidju. Fl-2005 fallew proposti ta' privatizzazzjoni u l-Gvern iddikjara l-kumpanija falluta u s-Sea Malta, wahda mill-ikoni ta' Malta u li dejjem qdiet lin-nazzjon, spiccat fix-xejn. Iz-Zebbug inbiegh lill-kumpanija Fergun Lines u inghata l-isem ta' Fehim Bey, u ghadu jopera lejn Malta. Il-Maltese Falcon inxtara mill-kumpanija Grimaldi u zamm l-istess isem u dam jopera sal-2009 fejn gie skrapjat fl-Indja.

l-MV Maltese Falcon

Is-Sea Malta kienet bla dubju ass importantissimu fl-ekonomija Maltija u bid-dizmantellar taghha batiet mhux biss l-istess ekonomija imma anke il-bahhara Maltin li ghal tul ta' snin provditilhom karriera u sodisfazzjon.