Santa Madalena Sofia Barat

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Santa Madalena Sofia Barat
Ħajja
Twelid Joigny, 12 Diċembru 1779
Nazzjonalità Franza
Mewt Pariġi, 25 Mejju 1865
Edukazzjoni
Lingwi Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni reliġjuż
Festa
25 ta' Mejju

Madalena Sofia Barat (twieldet fit-12 ta' Diċembru 1779 – mietet fil-25 ta' Mejju 1865) kienet qaddisa Franċiża tal-Knisja Kattolika li nediet is-Soċjetà tal-Qalb ta' Ġesù.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Il-familja tagħha għalkemm mhux sinjura, kienet diġà rat l-importanza tal-edukazzjoni u allura lit-tifla Madalena fdawha f'idejn ħuha l-kbir Louis biex hu jtiha t-tagħlim meħtieġ. Louis, li iżjed tard sar saċerdot ħa dan ix-xogħol b'serjetà kbira u għalkemm dak iż-żmien lill-bniet ma kienux jgħallmuhom skola, Madalena kienet tfajla b'edukazzjoni mill-aqwa.

Louis laqqa' lil Madalena ma' Father Varin li xtaq iwaqqaf istituzzjoni għat-tfajliet li tkun tixbaħ lis-soċjetà tal-Ġiżwiti. Madalena flimkien ma' tliet tfajliet oħra waqqfu is-Soċjetà tal-Qalb ta' Ġesù fl-1800. L-ewwel kunvent u skola tagħhom kienu f'Amiens ġewwa Franza. Fl-1802, għalkemm Madalena kien għad għandha 23 sena u l-iżgħar mit-tfajliet, intgħażlet bħala superjura tas-Soċjetà u damet tokkupa din il-kariga għal tlieta u sittin sena. Fl-1826, il-Papa Ljun XII ta l-approvazzjoni formali ta' din is-Soċjetà. Minħabba l-vjolenza ta' żmien ir-Rivoluzzjoni Madalena għalqet in-novizzjat Franza u fetħet ieħor ġewwa l-Iżvizzera.

Matul ħajjitha, infettħu iżjed minn 100 kunvent u skola ġewwa tnax-il pajjiż. L-edukazzjoni tat-tfajliet kienet importanti ħafna għaliha u hi kienet temmen li anke jekk ikun hemm tifla waħda xorta għandha l-importanza tagħha.

Santa Madalena Sofia mietet fl-1865 u ġiet iddikjaratha qaddisa fl-1925. Il-festa tagħha tiġi ċċelebrata fil-25 ta' Mejju.