San Duminku

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

L-Ispanjol San Duminku ta' Gużman waqqaf fis-Seklu XIII l-Ordni tad-Dumnikani bl-iskop li jikkumbattu l-ereżija ta' l-Albiġeżi bit-tixrid tal-Kelma t'Alla permezz tal-predikazzjoni u d-devozzjoni tar-Rużarju tal-Madonna.


[editja] Hjiel dwar hajtu

Twieled f’Caleruega, fi Spanja, ghall-habta tas-sena 1172-73. Wara l-kors tat-teologija f’Palencia, huwa ordna sacerdot u dahal fil-Kapitlu ta’ Osma fejn inhatar sottopirjol. Mar darbtejn fid-Danimarka mal-isqof Diegu d’Acebes, li mbaghad hadu mieghu Ruma biex jitolbu lill-Papa Innocenz III jibghathom missjunarji fost il-pagani. Il-Papa tahom missjoni ohra, il-predikazzjoni fost l-eretici Albigizi, u San Duminku nxtehet ghaliha b’hegga appostolika tal-ghageb. Il-mewt tal-isqof Diegu hallietu wahdu f’din il-hidma bla mistrieh, sakemm fl-1215, l-isqof Folco ta’ Toloza ghamlu predikatur fid-djocesi tieghu, fejn xi whud issiehbu mieghu fil-“predikazzjoni ta’ Gesu’ Kristu”, u hekk tnisslet fih l-idea li jwaqqaf u jorganizza l-predikazzjoni fuq sisien shah. Flimkien mal-isqof Folco nizel Ruma u qala’ minghand il-Papa l-approvazzjoni tal-pjan tieghu, li mbaghad twettqet ufficjalmenmt mill-Papa Onorju III fit-22 ta’ Dicembru 1216. San Duminku waqqaf l-ewwel komunita konventwali f’Toloza u b’hekk tqieghdu s-sisien tal-Ordni gdid tieghu taht ir-regola ta’ Santu Wistin li hu stess ghazillu. Fil-15 ta’ Awissu 1217, huwa xerred ir-religjuzi tieghu fl-Ewropa, l-izjed f’Parigi u Bolonja, l-aqwa zewg centri ta’ taghlim f’dak iz-zmien, waqt li hu stess ha f’idejh il-predikazzjoni fost l-eretici Katari fl-Ewropa ta’ Fuq.


Kien jitkellem dejjem ma’ Alla biex isehhlu ahjar jitkellem fuqu mal-ohrajn u jigbidhom lejh bil-predikazzjoni u t-talb tieghu. Mghobbi bix-xoghol appostoliku, huwa miet fis-6 ta’Awissu 1221 fil-kunvent ta’ Bolonja, imdawwar mill-komunita ghaziza tieghu. Il-kanonizzazzjoni tieghu saret fit-3 ta’ Lulju 1234, mill-Papa Girgor IX, li kien habib kbir tieghu sa minn meta kien ghadu kardinal f-Ostia Tiberina.


Xhieda tal-Beatu Gordan ta’ Sassonja dwar San Duminku

(Il-B. Gordan kien l-ewwel wiehed li ntaghzel biex imexxi l-Ordni tal-Predikaturi wara San Duminku. Dahal fl-Ordni fl-1220 u miet fit-13 ta’ Frar 1237 hu u riega’ lura bil-bahar wara zjara li kien ghamel lill-Provincja tal-Art Imqaddsa. Is-silta ta’ hawn that hi mehuda mill-kitba tieghu dwar L-Ewwel Zminijiet tal-Ordni tal-Predikaturi)


Il-hegga tieghu fil-hwejjeg ta’ Alla kienet hekk kbira li nistghu nghidu bla dubju ta’ xejn li hu kien ghodda ta’ gieh u grazzja, ghodda mzejna b’kull hagra prezzjuza. Kellu mohhu dejjem fis-sliem u l-heda, hlief meta kien ihoss ruhu mqanqal mill-hniena ghall-proxxmu. U billi l-ferh tal-qalb jidher ukoll fuq il-wicc, is-sliem li kien jimlieh minn gewwa kien jintwera wkoll minn barra fl-imgieba helwa tieghu u l-bixra hienja ta’ wiccu. Izda meta kien irid jaghmel xi haga li tidhirlu sewwa quddiem Alla jekk jaghmilha, huwa kien izomm shih fil-fehma hekk li rari jew qatt ma kien jaccetta li jerga’ lura minn decizjoni li jkun ha wara hsieb bil-ghaqal. U billi, kif diga ghedt, ix-xhieda tal-kuxjenza tajba tieghu kienet dejjem tidher fil-bixra hienja ta’ wiccu, id-dija ta’ wiccu ma kienet tghib qatt.


Minhabba f’hekk kien jigbed lejh il-qalb ta’ kulhadd, u hadd ma kien isibha bi tqila li jhobbu malli jsir jafu. Ikun ma’ min ikun, sew ma’ shabu fit-triq, sew ma’ min jilqghu f’daru u l-familja tieghu, sew fost kbarat u princpijiet u prelati, ghal kulhadd kellu kliem ta’ gid u kotra ta’ ezempji tajba li bihom kien irattab il-qalb ta’ dawk li jisimghuh u jigbidhom ghall-imhabba ta’ Kristu u t-tmaqdir tad-dinja. Bil-kliem u l-ghemil wera ruhu kullimkien bhala bniedem evangeliku. Matul il-jum, kien l-aktar wiehed li jsri haga wahda ma’ hutu r-religjuzi jew ma’ shabu fit-triq, hadd ma kien ikun izjed minnu ferriehi maghhom.


Bil-lejl, hadd daqsu ma kien idum jishar fit-talb. Kien ihalli l-biki ghal filghaxija u l-ferh ghal filghodu. Il-jum kien jaghtih lill-proxxmu u l-lejl lil Alla, ghax kien jaf li l-Mulej jibghat bin-nhar il-hniena tieghu u bil-lejl il-ferh. Sikwit kien ixerred kotra ta’ dmugh, id-dmugh lejl u nhar kien l-ikel tieghu: bin-nhar, waqt il-quddiesa l-izjed, u kien iqaddes tista’ tghid kuljum; bil-lejl imbaghad, meta izjed minn kulhadd kien jibqa’ jishar u jistinka fit-talb.


Kien imdorri sikwit ighaddi l-lejl fil-knisja, hekk li kwazi qatt jew tassew rari kien jimtedd fuq sodda biex jorqod. Kien idum jishar fit-talb bil-lejl kemm il-gisem dghajjef kien ihallih. U meta, wara hafna, mohhu kien jitheddel bl-ghajja u jaghtih in-nghas, kien jimtedd daqsxejn magenb l-altar jew xi mkien iehor, b’rasu mistrieha fuq gebla bhall-patrijarka Gakob, biex wara ftit iqum u jerga’ jaqbad il-hegga tat-talb.


Ma’ kulhadd kien igib ruhu bi hlewwa liema bhalha, u billi kien ihobb lil kulhadd, kulhadd ukoll kien ihobb lilu. Il-kelma ta’ l-Appostlu ghamilha tieghu: jifrah ma’ min jifrah, jibki ma’ min jibki. Kellu qalbu mfawra bil-hniena, u kien jinghata kollu kemm hu biex ighin lill-proxxmu u jieqaf ma’ l-imsejken. Kellu wkoll haga li minhabba fiha kulhadd kien ighozzu, jigifieri, kien dejjem ta’ fehma safja, minghajr l-icken hjiel ta’ qerq jew wiri ta’ haga b’ohra fi kliemu jew f’ghemilu.


Habb tassew il-faqar, sahansitra fi lbiesu. Fl-ikel u x-xorb kien meqjus hafna, jahrab l-ikel delikat u jilqa’ bil-qalb l-ikel semplici. Kien iliggem lil gismu bis-shih. Ma kienx jixrob inbid izjed milli hu mehtieg ghall-gisem, u kien ihalltu hafna bl-ilma hekk li qatt ma messlu l-heffa u l-qawwa ta’ hsibijietu.


Min qatt jista’jsir jixbah lil dan il-bniedem fil-virtu? Ghax tassew ighaggibna, u l-ezempji tieghu jikxfu l-ghazz ta’ zmienna. Biex nistghu naslu fejn sehhlu jasal hu, nehtiegu mhux il-hila tal-bnedmin izda l-ghajnuna specjali tal-grazzja, sakemm Alla, bit-tjieba u l-hniena tieghu ma jkunx joghgbu jtella’ ‘l xi hadd f’quccata bhal din ta’ qdusija. Izda min hu hekk tajjeb ghal dan? Huti, ejjew insiru nixbhu kemm nistghu lil Missierna fil-passi tieghu, u fl-istess hin inroddu hajr lill-Feddej talli fit-triq li qbadna ghogbu jaghti lill-qaddejja tieghu mexxej bhal dan, li permezz tieghu tana twelid gdid ghad-dawl tal-hajja religjuza. Nitolbu lill-Missier ta’ kull hniena biex iqawwina bl-istess Spirtu li jqanqal lil ulied Alla, halli nixmu fit-triq li missirijietna fethulna u jisthoqqilna naslu bla xkiel fl-istess post ta’ hena bla tarf u ferh bla tmiem, fejn hu dahal jithenna ghal dejjem. Amen.

San Duminku l-bniedem ta’ zmienu…u ta’ zmienna

(P. Joe Ellul O.P. S.Th.L & Lic; S.A. & I.L. (P.I.S.A.I.)


Kuntrarju ghal hafna qaddisin fundaturi ta’ ordnjiet religjuzi ftit li xejn ghandna kitbiet ta’ San Duminku hlief ghal xi ftit ittri li jinghaddu fuq is-swaba ta’ id wahda. Izda xorta wahda nistghu naghrfu min kien u x’messagg ghandu ghalina llum mid-dokumenti li jitkellmu dwaru jew dwar dak li ghamel.


Id-dokumenti principali li jithaddtu dwaru u dwar l-Ordni Dumnikan fl-ewwel snin tieghu huma dawn: Il-ktieb tal-beatu Gordan ta’ Sassonja imsejjah l-Ewwel Zminijiet tal-Ordni tal-Predikaturi; ix-xhieda li taw diversi patrijiet waqt il-process tal-kanonizazzjoni tieghu; l-ewwel Kostituzzjonijiet tal-Ordni tal-1220, u d-dokumenti u digrieti dwar l-Ordni u l-hidma tieghu li hargu l-Papiet Innocenz III u Onorju III.


Minn dwn kollu nistghu naghrfu kemm San Duminku kien il-bniedem imsejjah minn Alla ghal zmienu u ghal zmienna. Zmien San Duminku kien zmien ta’ taqlib u zvilupp kontinwu fil-kamp intelletwali, socjali u religjuz u l-mod kif huwa laqa’ dawn it-tliet sfidi fi zmienu ghandu jtina dawl dwar kif ghandna ahna bhala nsara nilqghu l-istess sfidi fi zminijietna.


Fil-kamp intellettwali: Sa ftit zmien qabel ghex San Duminku l-edukazzjoni u l-formazzjoni intellettwali kienet tinghata mill-Knisja jew permezz tal-monasteri jew permezz tal-iskejjel tal-kattidrali. Fis-seklu hdax zviluppat forma gdida ta’ skola, l-universita’. Din il-forma ta’ edukazzjoni ma kinitx biss taghti edukazzjoni ta’ xejra religjuza izda kienet tghallem ukoll ix-xjenzi, il-ligi, il-letteratura, ecc. B’hekk bdew jizviluppaw idejat godda ghax kienu jghallmu fiha professuri minn barra l-belt (jew il-pajjiz) u kienu jigu wkoll studenti minn barra. San Duminku gharaf l-importanza ta’ dan il-kurrent gdid u, malli gabar f’komunita l-ewwel sittax-il patri tieghu, huwa baghat sebgha minnhom jitghallmu fl-Universita ta’ Parigi u tnejn minnhom biex jippridkaw fil-belt universitarja ta’ Bolonja. B’hekk huwa wera x-xewqa li l-Ordni tieghu ghandu dejjem ikun qrib tal-bniedem li jahseb u li jistaqsi dwaru nnifsu u dwar dak li qed isehh madwaru.


Fil-kamp socjali: L-universitajiet il-kbar u l-kattidrali l-aktar maghrufa nbnew u wettqu l-hidma taghhom fl-ibliet. Il-belt bdiet issir ic-centru ta’ kull attivita umana u fiha bdew jizviluppaw is-snajja u beda jikber in-numru ta’ dawk li jahdmu ghal rashom bhala nies tas-sengha, bejjiegha, ecc. Dawn bdew isiru s-sinsla tal-belt u tal-pajjiz, bhalma llum ghandna l-fabbriki (u mhux aktar il-biedja) li huma l-forza principali tal-ekonomija tal-pajjiz. Kien ghalhekk li San Duminku ried li l-kunventi tal-patrijiet tieghu jinbnew dejjem fl-ibliet, biex bil-hajja u l-predikazzjoni taghhom id-dumnikani jwasslu l-Kelma ta’ Alla lil din is-socjeta.


Fil-kamp religjuz: Wahda mill-akbar sfidi li kellha l-Knisja fi zmien San Duminku kienet l-erezija tal-Albigizi. Din gabet maghha mhux biss duttrina zbaljata izda wkoll firdiet kbar fis-socjeta; bhalma llum ukoll ghandna tant setet li bit-taghlim u l-hajja taghhom qed igibu firdiet fi hdan familji u hafna drabi qed ikunu theddida ghs-socjeta. San Duminku laqa’ din l-isfida fuq zewg fronti: l-ewwel, bil-hajja komunitarja fejn ir-religjuz, bil-hajja semplici tieghu, ikun ezempju ta’ hajja tassew nisranijia; it-tieni, huwa wera li, jekk trid tehodha kontra erezija trid tkun taf sew l-Iskrittura u d-duttrina tal-Knisja. Ghalhekk lill-ewwel dixxipl tieghu baghathom jitghallmu (u hu stess mar maghhom) ghand wiehed mill-aqwa professuri tat-teologija li kien hemm dak iz-zmien, l-ingliz Alexander Stavenzby, sabiex ikunu mhejjija tajjeb ghall-missjoni taghhom tax-xandir tal-Verita’.


San Duminku mhuwiex idolu izda Missier. Huwa ezempju ghalina lkoll kif ghandna nghixu ta’ nsara, u r-responsabilta’ li ghandna li nghozzu u nxandru l-Kelma ta’ Alla.




SILTA MINN TALBA

TAL-BEATU GORDAN TA’ SASSONJA

LIL SAN DUMINKU


Sacerdot l-izjed qaddis ta’ Alla,

konfessur kbir u predikatur tal-ghageb,

Missier taghna San Duminku,

kun fostna u, fit-tjieba tieghek,

aghti widen ghat-talb taghna.


Inti trabbejt fit-tjieba

u hejjejt ruhek ghall-mixja ta’ din il-hajja. Int bqajt tikber fil-virtu’

u ghaddejt dejjem mit-tajjeb ghall-ahjar.

Int offrejt gismek lil Alla,

sagrificcju haj, qaddis, u li joghgbu.

Int, imnebbah mis-sema,

ikkonsagrajt ruhek lil Alla.

Int, mimli bil-herqa ghal Alla,

tkebbist bin-nar tal-grazzja

u, fil-kobor ta’ mhabbtek, b’ruh imhegga,

intrabatt bil-weghda tal-faqar

u tajt ruhek kollok kemm int

ghar-religjon imqaddsa u appostolika;

ghalhekk wettaqt il-hsieb li kien ilu f’mohhok

u, b’ghaqal kbir,

waqqaft l-Ordni tal-Predikaturi.


Mexxej kbir u Missier hanin taghna,

Imqaddes Duminku, ieqaf maghna

u ma’ dawk kollha li jsejhulek.

Kun ghalina, tabilhaqq Duminku,

jigifieri, raghaj sod tal-merhla ta’ Alla.

Harisna dejjem, mexxi lil dawk li Alla fdalek;

u , wara dan it-turufnament,

wassalna bil-ferh

quddiem il-Mulej imbierek u ghaziz,

Bin Alla l-Gholi,

Sidna Gesu’ Kristu s-Salvatur taghna.

Lilu l-gieh, it-tifhir u l-glorja,

il-ferh bla tarf u l-hena bla tmiem.