Rush
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
| Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi mtejjeb fil-grammatika, fl-istil, fil-koeżjoni, fit-ton u fil-grafija. Inti tista' tagħti daqqa t'id billi timmodifikah. |
Rush hija band Kanadiza li kella l-bidu tagħha tard fl-1969. It-tlett membri fundaturi kienu Geddy Lee (baxx), Alex Lifeson(kitarri) u John Rutsey(batterija). Wara xi ħames snin, John Rutsey beda jħoss il-pressjoni ta 'touring' meta kien diga mizzewweg, kif ukoll marda kronika li qajla kienet tħallilu wisq energija. B'hekk gie deciz li jħalli l-band , minfloku daħal wiehed mill-aktar batteristi bravi li qatt rat id-dinja, Neil Peart.
Fl-1974 Rush kienu diga harġu 'album' bl-istess isem, u dan kiseb suċċess moderat, minħabba li kien ibbazat fuq stil ta movimenti tipiċi ta 'Heavy Blues.'
Id-dħul ta Peart pero' ġab stil ġdid ta kitba kemm mużikalment, kif ukoll bil-lirika tiegħu. Wara 'Rush' ipproducew 'Fly by Night' u 'Caress of Steel' , li urew il-potenza li kien johrog biha Neil Peart.
Pero' kienu it-tlett albums ta wara dawn, bejn l-1976 u l-1978 li l-grupp sploda bil-kbir fuq ix-xena nternazzjonali. Dawn it-tlett albums igibu l-isem ta '2112' , 'A Farewell to Kings' u 'Hemispheres' , li bit-temi ta fantaxjenza taghhom, gibdu l-interess ta miljuni ta fans li xtraw l-albums.
L-album tal-1980 'Permanent Waves' ippunta lir-Rush f'sitwazzjoni totalment differenti, meta rrejalizzaw li minkejja li sa dak iz-zmien kienu bieghu miljuni ta miljuni ta diski, qatt ma kien ghad kellhom success kbir fuq ir-radju. L-eqreb li kienet waslet kienet 'Closer to the Heart' , minn 'Farewell to Kings'.
Minn 'Permanent Waves' harget is-single 'Spirit of Radio' li fi zmien gimgha minn meta giet rilaxxata, telghet fl-ewwel post fil klassifici Amerikani, u ghada sal-llum maghrufa bhala 'Innu tar-Rock'.
'Waves' gie segwit minn dak li hu probabbilment l-aktar album popolari u b'sahhtu tal-band. 'Moving Pictures' hareg fl-1982 u dritt sar tad-deheb fi zmien ghaxart ijiem. Is-single 'Tom Sawyer' giet ivvutata l-aqwa diska fl-Amerika fl-1982, Neil Peart rega rebah ghat-tielet sena nfila 'Drummer of the year' , Geddy Lee gabar xi hames premijijiet internazzjonali ghal-hila tieghu fuq il-baxx, u Alex Lifeson rikonoxximent ghax-xoghol tieghu fuq il-kitarri. Moving Pictures rebah l-awards kollha li seta jirbah album...L-ahjar Album, L-ahjar Produzzjoni, Single, Artwork, Lirika...prattikament kollox.
L-era ta dak iz-zmien fl-1982 kienet l-era tas-synthesizer, u r-Rush, bhal bands kbar ohra, fehmu li kellhom jimxu maz-zminijiet biex izommu l-popolarita enormi li kienu ngabru madwar id-dinja, imma specjalment fl-Amerika. L-ewwel album ta din l-era kien 'Signals' li huwa album meqjus u miktub fuq temi li jqanqlu hsieb. Ghal hafna fans tar-Rush, dan l-album huwa wiehed mill-iktar li ghandom ghal qalbhom. Wara Signals gie 'Grace Under Pressure' meta l-perjodu tal-Gwerra Bierda kienet f'quccata tahraq. It-temi ta 'Grace Under Pressure' iduru madwar dubji u gwerra, u mal-hsejjes moderni tas-synthesizers gew integrati il-kitarri 'heavy' kif nafuhom ahna. Success enormi , u diski minn dan l-album ghadhom jindaqqu 'live' sal-gurnata tal-llum.
'Power Windows' u 'Hold your Fire' kienu zewg albums li komplew it-tradizzjoni ta kitarri u synthesizer li issa kienu issetiljaw sew fih il-grupp, pero' minghajr hafna fanfarunati, dawn l-albums battew ftit mil-popolarita tal-grupp. Minkejja dan, 'Hold your Fire' kellu numru ta tracks gmielu li huma verament popolari sal-llum, u ghadhom jindaqqu live regolarment.
Kien imiss lil 'Presto' jaghmel il-wasla tieghu fl-1989, u dan l-album huwa veramant differenti minn dawk ta l-era elettronika, u kien hawn li l-grupp rega ha dak in-nifs gdid. Fl-istess vena tieghu kellna 'Roll the Bones' li minkejja li kien differenti hafna, xorta kien album tajjeb immens.
Il-kbir kienu ghadu gej pero'. Fl-1993 Rush marru lura ghat-twemmin originali taghhom, u hargu album progressiv ghall ahhar u tqil sew. Dan kien 'Counterparts', album li minnu nbieghu miljuni kbar ta kopji.
Wara pawsa ta xi tlett snin, Rush hargu bl-album 'Test for Echo', u kien hawnhekk li tragedja laqtet lil Neil Peart.
Fl-4 ta Lulju, l-unika bint ta Neil , Selena,ta dsatax il-sena, mietet meta nqalbet bil-karozza taghha fuq Highway401 f'Ontario. Ghaxar xhur wara tragedja ohra laqtet il Familja Peart , meta mietet Jacqueline Taylor, il-mara ta Neil Peart. Kienu ilhom mizzewgin 22 sena, u ghalkemm hi mietet b'kancer, Neil jibqa jinsisti li hi mietet b'qalb maqsuma.
Fl-2002 Peart iddecieda li kien lest jerga jinghaqad ma shabu Alex u Gedddy. Pront bdiet il-kitba ta l-album il-gdid taghhom 'Vapor Trails'. Dan l-album gie milqugh bi gratitudni kbira mil-miljuni ta fans li kienu mahsuda b'dak li gara lil Peart.
Fl-2004 , Rush hargu album ta 'covers' , jismu 'Feedback'. Dan kien ghal skop filantropiku, u bhal kull album tar-Rush, inxtara hafna. Ma dan l-album, il-grupp rega beda jaghmel it-Tours fl-Ewropa, fosthom tletin kuncert fl-Ingilterra, fejn kull tejatru kien ippakjat u nies jixtru l-biljetti mill-idejn ghal prezzijiet ersorbitanti.
L-2007 ra album iehor minghand dan it-Trio. 'Snakes and Arrows' huwa album tipiku progressiv minn dan il-grupp li paxxa tant nies bil-muzika Rock Progressiv taghha.
Il-grupp issa ilu l-istess ghal dawn l-ahhar 34 sena', u ghadu jaghmel 'tours' madwar ix-xena internazzjonali kollha.