Rubin

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Rubin
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Arthropoda
Klassi: Insecta
Ordni: Lepidoptera
Familja: Arctiidae
Ġeneru: Phragmatobia
Speċi: P. fuliginosa
Sottspeċi: melitensis
Isem trinominali
Phragmatobia fuliginosa melitensis
O. Bang-Haas, 1927

Ir-Rubin (Phragmatobia fuliginosa ssp. melitensis) hija kamla endemika fil-Gzejjer Maltin u tifforma parti mill-familja Arctiidae.

Informazzjoni ġenerali [editja]

Din il-kamla tista' tikber sa 20mm.[1] Il-ġwienaħ ta' quddiem huma kannella skur filwaqt li il-ġwienaħ ta' wara huma ħomor u roża. Wieħed jista' jinnota wkoll xi marki fuq il-ġwienaħ; dawk ta' quddiem għandhom tik'ka waħda u waqt li ta' wara għandhom madwar erba' tikek kull waħda.

Il-larva tal-kamla tidher qiesha miksija bis-suf, ħaġa komuni f'dawn it-tipi ta' kamla. Fil-fatt, bl-Ingliż jissejħu wooly bears.

Ikel [editja]

Il-larva tiekol il-fidloqqom Borrago officinalis, u pjanti mill-ġeneru Echium (eż. Lsien il-Fart Abjad) Echium italicum (Pale Bugloss bl-Ingliż).[1]

Referenzi [editja]

  1. ^ a b Wildlife of the Maltese Islands, BirdLife Malta and Nature Trust, 1995