Roberta Metsola Tedesco Triccas

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Roberta Metsola (2014)
Video (maltese) / (english)

Roberta Metsola Tedesco Triccas (Pietà, 18 ta' Jannar 1979) hija avukata u Membru tal-Parlament Ewropew f'isem Malta.

Edukazzjoni[editja]

Metsola Tedesco Triccas iggradwat mill-Università ta' Malta fejn speċjalizzat fil-liġi u l-politika Ewropea. Fis-snin bħala studenta kienet tagħmel partiti tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ), l-iStudenti Demokristjani Maltin (SDM) u l-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN), u aktar tard ġiet eletta bħala Segretarju Ġenerali tal-iStudenti Demokratiċi Ewropej (SDE).[1] Hi serviet bħala Attaché tal-Liġi u Kooperazzjoni Ġudizzjarja fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, u bħala konsulent legali għar-Rappreżentanza Għolja tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.[2]

Politika[editja]

Hi immiltat għal numru ta' snin fil-Partit Nazzjonalista u kopriet ir-rwol fis-segretarjat internazzjonali tal-Partit. Kienet ukoll attiva fil-kampanja għal vot "IVA" fir-referendum għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2003 u bħala voluntiera fl-uffiċċju ELCOM.[1] Hi kkontestat bħala kandidata għall-ewwel elezzjoni għall-ħatra tal-Membri Parlamentari Ewropej f'isem Malta. Tedesco Triccas ma ġietx eletta wara li mal-ewwel għadd ġabet 5,204 voti (2.1% tal-voti kollha) u fil-ħdax-il għadd ġiet eliminata b'9,339 vot.[3] Għall-elezzjoni suċċessiva tas-6 ta' Ġunju 2009 hi kisbet 5,880 vot mal-ewwel għadd. Mas-26 għadd hi ġiet eliminata b'20,859 vot.[4]

Nhar l-24 ta' April 2013, wara li kkontestat l-elezzjonijiet każwali għall-post vakanti li ħalla Simon Busuttil,[5] hi ġiet eletta sabiex saret waħda mit-tliet nisa li saru Membri tal-Parlament Ewropew.[6] Hi kienet it-tieni waħda li ġiet eletta meta laħqet il-kwota ta' 20,661 vot. Hi daħlet bħala membru tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, il-Kumitat speċjali dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet, u bħala membru sostitut tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur.[7]

Ħajja privata[editja]

Hi miżżewwġa lil Ukko Metsola, Finlandiż li wkoll jaħdem fil-kamp Ewropew,[1] u għandha tlett itfal li jgħixu flimkien Brussell.[6]

Referenzi[editja]

  1. ^ a b c (Ingliż) European Parliament candidate - Roberta Metsola Tedesco Triccas. Times of Malta. Aċċess tal-URL: 3 ta' Ġunju 2013. (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-1 ta' Mejju 2009)
  2. ^ (Ingliż) Who is Roberta?. RobertaMetsola.eu. Aċċess tal-URL: 3 ta' Ġunju 2013.
  3. ^ (Ingliż) European Parliament Elections 12 June 2004. Malta Elections. Aċċess tal-URL: 3 ta' Ġunju 2013.
  4. ^ (Ingliż) European Parliament Elections 6 June 2009. Malta Elections. Aċċess tal-URL: 3 ta' Ġunju 2013.
  5. ^ (Ingliż) Full list of candidates for MEP elections. Times of Malta, 22 ta' April 2013. Aċċess tal-URL: 3 ta' Ġunju 2013.
  6. ^ a b Matthew Xuereb. (Ingliż) Three women elected MEPs. Times of Malta, 25 ta' April 2013. Aċċess tal-URL: 3 ta' Ġunju 2013.
  7. ^ (Ingliż) Metsola Tedesco Triccas to sit on four EP Committees. TVM, 7 ta' Mejju 2013. Aċċess tal-URL: 3 ta' Ġunju 2013.

Ħoloq esterni[editja]