Reġġju Kalabrija jew Reġġju tal-Kalabrija (Taljan: Reggio Calabria jew Reggio di Calabria jew Reggio), hija belt fl-Italja, fin-naħa t'isfel, eżattament fir-reġjun tal-Kalabrija. Din isservi bħala l-belt kapitali ta' dan ir-reġjun kif ukoll il-provinċja li ġġib l-istess isem.