Rafael Pereira da Silva (twieled fl-1990)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Rafael
Rafael da Silva.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Rafael Pereira da Silva
Twelid 9 ta' Lulju 1990 (1990-07-09) (21 sena)
Petrópolis, Rio de Janeiro
Pajjiż Bandiera tal-Brażil Brażil
Tul 1.72 m
Rwol Difensur lemini
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Manchester United
Numru 21
Klabbs ġovanili
2005–2008 Fluminense
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
2008– Manchester United 38 (2)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 13:42, 27 Frar 2011 (UTC)

Rafael Pereira da Silva, magħruf aħjar bħala Rafael jew Rafael da Silva (Petrópolis, 9 ta' Lulju 1990) hu plejer tal-futbol li attwalment jilgħab mat-tim ta' Manchester United. Normalment jilgħab bħala difensur lemini, imma hu abbli li jilgħab anki fil-pożizzjoni leminija ta' nofs il-grawnd. Ħuh tewmi Fábio jilgħab ukoll ma' Manchester United.

[editja] Karriera

Il-karriera professjonali ta' Rafael bdiet ġewwa l-Brażil mat-tim ta' Fluminense, fejn kien jilgħab magħhom taħt livell ġovanili. Rafael u ħuh Fábio ġew skoperti minn Les Kershaw li kien qed jaħdem f'isem il-klabb Ingliż ta' Manchester United.

F'Jannar tal-2008 it-tewmin ittrasferixxew lejn Manchester, imma ma setgħux jilgħab partiti sakemm ma jkollhomx tmintax-il sena f'Lulju tal-2008. Rafael għamel l-ewwel apparenza mal-klabb f'partita ta' ħbiberija kontra Peterborough United nhar l-4 ta' Awwissu. Għall-istaġun 2008–09, hu ngħata l-flokk numru 21 li kien milbus minn Dong Fangzhuo. Id-debutt uffiċjali bil-flokk aħmar wasal fil-ġurnata tal-ftuħ tal-kampjonat Ingliż 2008–09, fejn daħal bħala sostitut għal Fraizer Campbell kontra Newcastle United.

L-ewwel partita mal-ewwel ħdax kienet kontra Middlesbrough fit-Tielet Rawnd tal-League Cup. Il-prestazzjonijiet tiegħu wassluh li jkun preferut mill-esperjenzati Gary Neville u Wes Brown. L-ewwel gowl tiegħu wasal fid-90 minuta fit-telfa li United sofrew kontra Arsenal bl-iskor ta' 2–1 nhar it-8 ta' Novembru 2008.

Grazzi għall-prestazzjonijiet eklatanti matul dan l-ewwel staġun, Rafael ingħata estensjoni tal-kuntratt ma' Manchester United għal sentejn oħra, li se jorbtu mal-klabb sal-2013.[1]

[editja] Referenzi

  1. ^ (Ingliż) Rafael extends Man Utd contract. BBC Sport, 27-04-2009. Aċċess tal-URL: 27-04-2009.

[editja] Ħoloq esterni

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn