Qabru

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Wikipedija:Kif taqra' taxoboxHow to read a taxobox
Il-Qabru
Qabru f'nixxiegħa il-Baħrija, Malta.
Qabru f'nixxiegħa il-Baħrija, Malta.
Klassifikazzjoni Xjentifika
Renju: Animalia
Fajlum: Arthropoda
Klassi: Crustacea
Ordni: Decapoda
Familja: Potamidae
Ġeneru: Potamon
Speċi: P. fluviatile
Sottospeċi: P. f. lanfrancoi
Isem trinominali
Potamon fluviatile lanfrancoi
Capolongo & Cilia, 1990

Il-Qabru huwa endemika għall-ċerti postijiet fil-Gżejjer Maltin. Dan il-granċ huwa rari ħafna u sfortunatament, il-populazzjoni tal-Qabru qiegħed jinżel.

Werrej

[editja] Informazzjoni Ġenerali

Il-Qabru huwa krustaċju u għandu kulur griż u aħdar b'xi postijiet bl-isfar u l-oranġjo.

[editja] Ħabitat

Il-Qabru jinstab fejn l-ilma ħelu imma jgħix ukoll ħdejn l-għadajjar u l-fwawar f'postijiet bħall-Imtaħleb, Baħrija u San Martin f'Malta u l-Lunzjata f'Għawdex [1].

Meta jiġi mminaċċjat, il-Qabru jistaħba taħt il-ġebel, ġo l-ilma, bejn il-pjanti, jew billi jidħol ġo l-ħofor li jħaffer fit-tajn jew fit-tafal. Dawn il-ħofor jistgħu jkunu fondi 50 cm. Parti mill-ħofra normalment ikollha xi ftit ilma [1].

[editja] Ikel

Il-Qabru huwa karnivoru u jiekol annimali żgħar bħall-marżebba. Il-Qabru normalment jiekol wara l-għabex [1].

[editja] Populazzjoni

Sfortunatament, il-populazzjoni tal-Qabru qiegħed dejjem jinżel minħabba fit-tniġġis ta' l-ilma, nuqqas ta' ilma fin-nixxiegħa u minħabba il-qbid tiegħu mill-bniedem [1].

[editja] Referenzi

  1. ^ a b c d Wildlife of the Maltese Islands, BirdLife Malta and Nature Trust, 1995
F'lingwi oħrajn