President ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Sir Anthony Mamo
L-ewwel President ta' Malta Repubblika

Il-kariga ta' President ta' Malta ġiet maħluqa l-ewwel darba fit-13 ta' Diċembru 1974, meta Malta saret Repubblika fost il-Commonwealth. L-aħħar Gvernatur-Ġenerali, Sir Anthony Mamo, sar l-ewwel President tar-Repubblika biex ħa post ir-Reġina Eliżabetta II bħala l-kap ta' l-istat. Sir Anthony Mamo serva bħala President sa l-1976.

Bħall-monarkija Britannika, il-President ta' Malta huwa kap ta' stat kostituzzjonali, bil-poter jibqa' f'idejn il-Prim Ministru. Il-President jiġi elett mill-Kamra tar-Rappreżentanti. L-ewwel mara li laħqet din il-kariga għolja kienet is-Sinjorina Agatha Barbara, li kienet ministru fi żmien il-gvern Laburista preċedentament. Attwalment, il-President ta' Malta huwa Dr. George Abela.

[editja] Il-Bandiera tal-President

Il-Bandiera tal-President ta' Malta 1988-

Sa l-1988, ma kienet teżisti l-ebda bandiera għall-President ta' Malta, u għalhekk kienet tintuża l-bandiera nazzjonali. Iżda f'dik is-sena ġiet introdotta bandiera ġdida, bl-arma fuq sfond blu, u s-simbolu tas-Salib ta' Malta b'kulur id-deheb f'kull rokna.


[editja] Lista ta' Presidenti

[editja] Links