Plejer tas-Sena tal-FIFA

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Plejer tas-Sena tal-FIFA huwa unur tal-futbol li jingħata għal plejer maskili u femminili li hu maħsub li hu l-aqwa plejer fid-dinja, ibbażat skond il-voti tal-kowċis u captains tat-timijiet nazzjonali. Fis-sistemà tal-voti, kull kowċ ikollu tliet voti, li kollha jiswew ħames punti, tliet punti u punt, u r-rebbieħ hu magħżul skond l-iktar numru tal-voti. L-unur beda mis-sena 1991 għall-irġiel u mill-2001 għan-nisa.

L-aktar plejer żagħżugħ li rebaħ dan l-unur, raġel jew mara, huwa Ronaldo, li rebaħ dan l-unur fis-sena 1996 meta kellu 20 sena. Hu reġa' rebaħ l-unur fl-1997. Ronaldo, Ronaldinho, Mia Hamm u Birgit Prinz huma l-uniċi plejers li rebħuh darbtejn wara xulxin. Ronaldo, Zinedine Zidane u Prinz huma l-uniċi li rebħuh tliet darbiet. L-iktar plejer ta' età matura li rebaħ dan l-unur kien Fabio Cannavaro li rebħu fl-2006 f'età ta' 33 sena. L-iktar plejer femminili li rebħitu ta' età matura kienet Hamm, li rebħet fis-sena 2000 ta' 30 sena, u l-iżgħar plejer femminili kienet Marta li rebħitu fis-sena 2006 f'età ta' 20 sena (imma kienet seba' xhur iktar ikbar minn Ronaldo fl-1996).

Nominazzjonijiet u l-proċess ta' selezzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Wara kritika mill-istampa dwar l-għażla tan-nominazzjoni fi snin li għaddew, fl-2004 il-FIFA għamlet lista żgħira ta' 35 raġel u 21 mara, fejn minnhom il-kowċis tat-timijiet nazzjonali u għall-ewwel darba, il-kaptani u r-rappreżentanti tal-FIFPro (l-organizazzjoni ta' plejers professjonali), setgħu jivvutaw[1].

Kritika oħra kienet il-fatt li l-ebda plejer maskili li jilgħab barra mill-Ewropa kien nominat għal dan l-unur. Minkejja li plejers ta' nazzjonalitajiet differenti, ta' tliet kontinenti, kienu nominati u rebħu l-unur, huma kienu kollha jilgħabu fi klabbs Ewropej fiż-żmien tan-nominazzjoni jew rebħa.

Kien ġie propost illi plejers attivi fil-kampjonati ta' nazzjonijiet oħra (it-tieni l-aktar kompetittiv wara l-UEFA hi ġeneralment ikkunsidrata bħala l-Amerika Latina, bħall-kampjonat Arġentin, Brażiljan u dak Messikan), ikollhom ċans għal dan it-titlu.

Rebbieħa[immodifika | immodifika s-sors]

Lista ta' rebbieħa rġiel[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Rebbieħ Klabb
2009 Arġentina Lional Messi Spanja Barcelona
2008 Portugall Cristiano Ronaldo Ingilterra Manchester United
2007 Brażil Kaká Italja AC Milan
2006 Italja Fabio Cannavaro Spanja Real Madrid
2005 Brażil Ronaldinho Spanja Barcelona
2004 Brażil Ronaldinho Spanja Barcelona
2003 Franza Zinedine Zidane Spanja Real Madrid
2002 Brażil Ronaldo Spanja Real Madrid
Italja Inter Milan
2001 Portugall Luís Figo Spanja Real Madrid
2000 Franza Zinedine Zidane Italja Juventus
1999 Brażil Rivaldo Spanja Barcelona
1998 Franza Zinedine Zidane Italja Juventus
1997 Brażil Ronaldo Italja Inter Milan
Spanja Barcelona
1996 Brażil Ronaldo Spanja Barcelona
Netherlands PSV Eindhoven
1995 Liberja George Weah Italja AC Milan
Franza Paris Saint-Germain
1994 Brażil Romário Spanja Barcelona
1993 Italja Roberto Baggio Italja Juventus
1992 Netherlands Marco van Basten Italja AC Milan
1991 Ġermanja Lothar Matthäus Italja Inter Milan

Lista ta' rebbieħa nisa[immodifika | immodifika s-sors]

Sena Rebbieħa Klabb
2009 Brażil Marta Stati Uniti Los Angeles Sol
Brażil Santos FC
2008 Brażil Marta Żvezja Umeå IK
2007 Brażil Marta Żvezja Umeå IK
2006 Brażil Marta Żvezja Umeå IK
2005 Ġermanja Birgit Prinz Ġermanja 1. FFC Frankfurt
2004 Ġermanja Birgit Prinz Ġermanja 1. FFC Frankfurt
2003 Ġermanja Birgit Prinz Ġermanja 1. FFC Frankfurt
2002 Stati Uniti Mia Hamm Stati Uniti Washington Freedom
2002 Stati Uniti Mia Hamm Stati Uniti Washington Freedom

Ara wkoll[immodifika | immodifika s-sors]