Pika tal-kullar

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Pika tal-kullar
Collaredpika.jpg
Pika tal-kullar, Ochotona collaris
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Ochotonidae
Ġeneru: Ochotona
Speċi: O. collaris
Isem binominali
Ochotona collaris
Nelson, 1893
Collared Pika area.png
Firxa tal-Pika tal-kullar

Il-Pika tal-kullar (Ochotona collaris) hija speċi ta' mammiferu plaċentat dijurn (attiv matul il-ġurnata) u asoċjali (mhux soċjali jew solitarju), tal-familja Ochotonidae u fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq, speċifikament fil-Kanada u l-Istati Uniti, normalment f'ambjent muntanjuż jew bl-irdumijiet.

Din hija speċi komuni pjuttost żgħira ta' mhux aktar minn 160 gramma. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn tmien speċi u miġburin fis-sottoġeneru Pika u relatata fil-qrib mal-Pika Amerikana (Ochotona priniceps).

Il-Pika tal-kullar timmatura sesswalment fl-età ta' sena u jkollhom botton ta' 2 jew 3 żrameġ fis-sena. Dawn jibqgħu fil-bejta għal bejn wieħed u ieħor 30 jum, ftit ġranet wara jsiru indipendenti u f'qasir żmien dawn jitilqu mill-arja fejn jitwieldu u jinfirdu minn mal-omm biex ifittxu territorju għalihom.

Klassifikazzjoni[editja]

Referenzi[editja]