Pika tal-isteppa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Pika tal-isteppa
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Ochotonidae
Ġeneru: Ochotona
Speċi: O. pusilla
Isem binominali
Ochotona pusilla
Pallas, 1769
Sottospeċi

Il-Pika tal-isteppa (Ochotona pusilla) hija speċi ta' mammiferu plaċentat, erbivoru, tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.

Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-isteppa li hu magħmul minn disa' speċi u miġburin fis-sottoġeneru Ochotona.

Il-Pika tal-isteppa hija speċi pjuttost unika fost il-piki, din l-ispeċi partikolari hija notturna jew attiva ħafna bil-lejl u l-komunikazzjoni vokali ssir minn inżul ix-xemx sa wara fit-tard bil-lejl. Din tħobb tħaffer il-bejta taħt l-art f'ħamrijja umda f'ambjent b'ħafna veġetazzjoni u siġar żgħar. Din l-ispeċi qiegħda klassifikata fil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala waħda fi stat vulnerabli, dan minħabba li l-popolazzjoni naqset drastikament fi żmenijiet reċenti kemm fin-numru u d-densità, kif ukoll fil-firxa u d-distribuzzjoni.

Riproduzzjoni[editja]

Il-pika tal-isteppa tirriproduċi billi twelled boton ta' minn wieħed sa tlettax-il żarmuġ kull darba. In-nisa jimmaturaw sesswalment fir-raba' jew fil-ħames ġimgħa ta' ħajja waqt li l-irġiel irid ikollhom minn tal-anqas sena.

Distribuzzjoni[editja]

Din hija speċi mifruxa minn naħa ta' fuq tax-xmara Volga san-Nofsinhar tal-Muntanji Urali min-Nofsinhar għal-Lvant mal-fruntiera taċ-Ċina, il-Każakistan u r-Russja.

Klassifikazzjoni[editja]

Referenzi[editja]

  • Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona pusilla. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.