Pika tal-fidda

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Pika tal-fidda
Pika tal-fidda (Ochotona argentata)..JPG
Pika tal-fidda Ochotona argentata
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Ochotonidae
Ġeneru: Ochotona
Speċi: O. argentata
Isem binominali
Ochotona argentata
Howell, 1928


Il-Pika tal-fidda (Ochotona argentata) jew Pika ta' Helan Shan hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha, mill-kontinent Asjatiku.

Din hija speċi żgħira pjuttost rari li tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċijiet u miġburin fis-sottoġeneru Pika.

Il-Pika tal-fidda ġiet deskritta l-ewwel darba bħala sottospeċi tal-Pika Alpina, iżda din l-ispeċi għandha l-karyotype (2n = 38), il-kulur tal-pil, xi fatturi fl-għadam tar-ras u l-vokalizzazjoni differenti u b'hekk ġiet klassifikata bħala speċi.

Il-firxa ta' din il-pika ċkienet drammatikament; dan ġara minħabba d-deforestazjoni katastrofika li ġarrab l-irdum u l-madwar ta' Helan Shan. F'dawn l-aħħar 30 sena l-eżemplari kollha maqbuda ġew minn foresta waħda b'arja ta' 2km b'1.5km viċin ir-raħal ta' Su-i-kou. Skond il-"2006 IUCN Red List of Threatened Species" il-Pika tal-fidda qegħda mniżżla bħala speċi fil-periklu kritiku ta' estinzjoni.

Distribuzzjoni[editja]

Din l-ispeċi ta' pika tinsab fuq l-irdum ta' Helan Shan biss fil-lokalità ta' Ningxia fiċ-Ċina.

Sinonimi[editja]

"Ochotona helanshanensis", "Ochotona pallasi helanshanensis" u "Ochotona alpina argentata" huma sinonimi ta Ochotona argentata

Klassifikazzjoni[editja]

Referenzi[editja]

  • Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
  • Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona argentata. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006.