Pika ta' Thomas
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Pika ta' Thomas | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Eutheria |
| Superordni: | Euarchontoglires |
| Ordni: | Lagomorpha |
| Familja: | Ochotonidae |
| Ġeneru: | Ochotona |
| Speċi: | O. thomasi |
| Isem binominali | |
| Ochotona thomasi Argyropulo, 1948 |
|
Il-Pika ta' Thomas (Ochotona thomasi) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-isteppa li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Ochotona.
Il-Pika ta' Thomas hija speċi ta' pika li tħaffer taħt l-art u tħobb ambjent bi ħxejjex bħal "Caragana jubata", "Dasiphora fruticosa" u "Salix spp." f' għoli ta' bejn 3,400 u 3,900 metru. Id-densità tal-popolazjoni ta' din l-ispeċi mhijiex magħrufa u b'hekk skont l-Lista Ħamra l-IUCN qegħda mniżżla bħala speċi fi stat indeterminat.
Werrej |
Distribuzzjoni [editja]
Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa ma' katini ta' muntanji iżolati f'Gansu, Quinghai u Sichuan.
Klassifikazzjoni [editja]
- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Ochotona: piki tal-isteppa
- Pika ta' Thomas, Ochotona thomasi
- Sottoġeneru Ochotona: piki tal-isteppa
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
Referenzi [editja]
- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
Ħoloq esterni [editja]
- Ochotona thomasi fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2006.