Pika ta' Forrest
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Pika ta' Forrest | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Eutheria |
| Superordni: | Euarchontoglires |
| Ordni: | Lagomorpha |
| Familja: | Ochotonidae |
| Ġeneru: | Ochotona |
| Speċi: | O. forresti |
| Isem binominali | |
| Ochotona forresti (Thomas, 1923) |
|
![]() |
|
| Firxa tal-Pika ta' Forrest | |
Il-Pika ta' Forrest (Ochotona forresti) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja f'ambjent ta' rdum mal-ġnub tal-muntanji li jħarsu lejn ix-xemx f'għoli ta' mhux inqas minn 2,600 metru u mhux aktar minn 4,400 m.
Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn tlettax-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa.
Il-pika ta' Forrest qegħdha klassifikata fil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi li m'hemmx biżżejjed informazzjoni dwar il-popolazzjonijiet tagħha u qegħdha mniżżla fi stat ta' "tagħrif insuffiċjenti".
Distribuzzjoni [editja]
Din hija speċi mifruxa mal-muntanji ta' erba' pajjiżi tal-Asja li huma l-Indja, iċ-Ċina, il-Butan u Mjanmar.
Klassifikazzjoni [editja]
- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
Referenzi [editja]
- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona forresti. Lista Ħamra tal-IUCN 2006.
