Pika ħamra taċ-Ċina
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Pika ħamra taċ-Ċina | |
|---|---|
| Ochotona erythrotis | |
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Eutheria |
| Superordni: | Euarchontoglires |
| Ordni: | Lagomorpha |
| Familja: | Ochotonidae |
| Ġeneru: | Ochotona |
| Speċi: | O. erythrotis |
| Isem binominali | |
| Ochotona erythrotis Buchner, 1890 |
|
Il-Pika ħamra taċ-Ċina (Ochotona erythrotis) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn 13-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa.
Din il-pika qegħdha klassifikata fil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi b'popolazzjoni stabbli fi stat tal-inqas ħsieb.
Werrej |
Distribuzzjoni [editja]
Din hija speċi endemika taċ-Ċina mifruxa mal-muntanji fit-territorji jew provinċi ta' Gansu, Qinghai, Sichuan u Xinjiang.
Klassifikazzjoni [editja]
- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Conothoa: piki tal-muntanji
- Pika ħamra taċ-Ċina, Ochotona erythrotis
- Sottoġeneru Conothoa: piki tal-muntanji
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
Referenzi [editja]
- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4