Palinivoru

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Naħla tiġbor il-pollin

Fiż-Żooloġija, Palinivoru (mil-Grieg "palyn" - "palini-" li tfisser trab jew spori u "vorare" - "-voru" li tfisser tibla u taħtaf l-ikel) jew Pollinivoru (mil-Latin "pollinis" - "pollini-" li tfisser dqiq fin u "vorare" - "-voru" li tfisser tibla u taħtaf l-ikel), ħafna drabi hija definita bħala kwalunkwe organiżmu li jiekol il-pollinu li jipproduċu il-pjanti tal-fjuri u hija dieta erbivora speċċjalizzata. Dawn l-annimali normalment huma selettivi ħafna jew jagħżlu bir-reqqa il-fjuri tal-pjanti nklużi dawk tal-ġimnospermi, li għandhom livelli għolja ta' nutrijenti.

Il-biċċa l-kbira ta' l-annimali Palinivori veri huma insetti jew araknidi. l-applikazzjoni stretta ta' din il-kategorija, essenzjalment tinkludi n-naħal kollha (madwar 20,000 speċi) u ftit tipi differenti ta' żnażan, għax għal dawn il-pollinu huwa l-uniku ikel solidu li jikkunsmaw fl-istadji tal-ħajja kollha tagħhom. Filwaqt l-ispeċi ta' araknidi palinivori ġeneralment jieklu il-parti likwida ta' ġewwa tal-pollinu mingħajr ma jikkunsmaw il-parti solida ta' barra.

Il-lista tikber ħafna jekk wieħed jikkunsidra li jinkludi l-ispeċi kollha li f' xi stadju jew ieħor tal-ħajja jkunu jieklu il-pollinu biss iżda mhux matul iċ-ciklu kollu ta' ħajjithom. F' dan il-każ, ħafna friefett, baħrijji, dbieben u insetti oħra jistgħu jiżdiedu fil-lista ta' din il-kategorija u ma' dawn hemm numru vast ieħor ta' insetti, għasafar u mammiferi nektarivori jew nettarivori li jikkunsmaw opportunistikament il-pollinu.

Ara Ukoll[editja]

Referenzi[editja]

Link Esterni[editja]