Oreste Chircop

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Oreste Chircop
Ħajja
Twelid Ħamrun, 26 Lulju 1923
Nazzjonalità Malta
Mewt 10 Mejju 1998
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant tal-opri
attur ċinematografiku
Tip ta' leħen tenur
Strument/i tal-mużika vuċi

Oreste Kirkop (twieled fis-26 ta' Lulju 1923 – miet fl-10 ta' Mejju 1998) kien tenur u attur Malti magħruf l-aktar għall-film ta' Hollywood The Vagabond King.

Karriera operistika[immodifika | immodifika s-sors]

Chircop beda l-karriera operistika tiegħu fl-1945 fir-Radio City Opera House tal-Ħamrun bil-karattru Turiddu fil-Cavalleria Rusticana.[1] Fil-ħames snin ta' wara ħadem mas-60 rwol ta' tenur, ammont li l-ebda tenur ieħor ma qabeż, f'għaxar opri differenti. Huwa kien ikanta l-opra mal-kumpaniji Taljani li kienu jiġu Malta u kanta ma' Tito Gobbi u Maria Caniglia.[2]

Fl-1950 mar l-Ingilterra u kellu partijiet ewlenin ta' tenur mal-Carl Rosa Opera Company, u wara ma' Sadler's Wells (1952) fejn għamilha ta' Turiddu, Mario Cavaradossi u Rodolfo f'Luisa Miller. Huwa deher fuq il-BBC TV bħala Canio f'Pagliacci.[3]

Fl-1954 Chircop għamel id-debutt tiegħu fir-Royal Opera House Covent Garden bħala d-Duka fir-Rigoletto u wara bħala Rodolfo f'La bohème.

The Vagabond King (1956)[immodifika | immodifika s-sors]

Paramount Pictures ta' Hollywood rabtitu b'kuntratt ta' Lm10,000 biex ikanta fil-parti ewlenija ta' François Villon f'The Vagabond King li kien ukoll l-ewwel film musical tiegħu fl-1956. Dan kien l-uniku film ta' Hollywood għal Chircop minkejja li xi kritiċi kienu wissew lil Mario Lanza, li f'dak iż-żmien kien fl-aqwa tiegħu, biex joqgħod attent minn dan ir-rivali ġdid. Oreste ħa sehem flimkien ma' Kathryn Grayson.

L-aħħar snin tal-karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Wara The Vagabond King, Chircop kanta l-opra f'Las Vegas u fil-Hollywood Bowl u deher fuq l-NBC TV fil-produzzjonijiet ta' Madame Butterfly, La traviata u Rigoletto. Fl-1958 irritorna Covent Garden u rtira Malta fl-1960 għal raġunijiet ta' saħħa li dak iż-żmien ma ssemmewx. Sentejn qabel miet, fl-1996, Chircop ħareġ double CD album b'41 track ta' opri u kant.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Maltese Biographies Of The Twentieth Century, Malta, 1997, p. 357.
  2. ^ "Oreste Kirkop - Tenors". Opera Vivrà (bl-Ingliż). 2016-01-21. Miġbur 2022-09-12.
  3. ^ KTA Productions Double CD Cover - Oreste Kirkop The Maltese Tenor-(KTA 070 & 071) Malta, 1996.