Oreste Calleja
Oreste Calleja hu drammaturgu kontemporanju Malti.
Oreste Calleja twieled il-Ħamrun (Malta) u studja fil-Liċeo u l-Kulleġġ tal-Għalliema, San Mikiel (1964-66). Ħalla Malta fl-1974 u studja l-Universita' ta' Londra, Birkbeck College, u fl-1990 attenda North Florida University, u Jacksonville University, Florida, fejn kiseb baċċellerat fl-Arti u l-Franċiż.
Calleja kien membru tal-Moviment Qawmien Letterarju fis-Sittinijiet. Fl-istess żmenijiet beda jikteb għar-radju, it-televiżjoni u l-palk. Qabel ma emigra fl-1974, ippubblika Erba’ Drammi (1972) li għadu jintuża fl-iskejjel sekondarji fil-korsijiet tal-letteratura Maltija. Wara li ġie lura Malta fl-1991 kiteb u ppubblika Għasfur taċ-Ċomb (1993), Il-Belliegħa fil-Bir(1994) u U l-Anġlu Ħabbar... (1995)
Is-suċċess ta' Calleja bħala drammaturgu hu dovut prinċipalment għall-integrazzjoni ta' stil realistiku ma' karatteristiċi simboliċi li jagħmlu d-drammi tiegħu universali[1].
Werrej |
Xogħlijiet[editja]
- Anestesija (1969),
- Għargħar (1979),
- Ċens Perpetwu (1969),
- Satira (1970),
- Jum Fost l-Oħrajn (1970),
- En Passant (1970),
- Iġsmaiħirsa (1970)
- Għażiż Angelo (1971),
- Erba’ Drammi (1972)
- Għasfur taċ-Ċomb (1993)
- Il-Belliegħa fil-Bir (1994),
- U l-Anġlu Ħabbar...(1995)
- Il-Festa bil-Bandieri (2002)
- Pawlu Redux (2004)
Premji Letterarji 2002 u 2004[editja]
Il-Festa bil-Bandieri (2002) u Pawlu Redux (2004) rebħu l-premju fis-snin rispettivi għad-drama fil-Premji Nazzjonali tal-Ktieb.
Referenzi[editja]
- ^ Maltese Biographies of the Twentieth Century, PIN Publications, Malta, 1997