Opossum ta' denbu qasir tal-Perù

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Opossum ta' denbu qasir tal-Perù
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDidelphimorphia
FamiljaDidelphidae
ĠeneruMonodelphis
speċi Monodelphis ronaldi
,
Distribuzzjoni ġeografika

L-opossum ta' denbu qasir tal-Perù, magħruf xjentifikament bħala Monodelphis ronaldi, huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ta' denbhom qosra l-inqas fost l-opossumi li huma addattati għal ħajja fis-siġar, ntativ tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Dan l-opossum ta' denbu qasir ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat kemm ta' foresti subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f'artijiet bil-ħaxix subtropikali u f'artijiet tropikali baxxi. L-Opossum ta' denbu qasir tal-Perù huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati żgħar oħra.

Monodelphis ronaldi għandu distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u huwa speċi endemika tal-Perù. Dan il-marsupjal kien skopert għal ewwel darba fl-2004 f'Pakitza, fil-Park Nazzjonali ta' Manú, parti mid-dipartiment ta' Madre de Dios, fix-Xlokk tal-Perù (11°56'S, 71°17'W), f'elevazjoni ta' madwar 356 metru 'l fuq mill-livell tal-baħar.

Klassifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]