Opossum grazzjuż tat-Tramuntana

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Opossum grazzjuż tat-Tramuntana
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
Gill, 1872
Familja: Didelphidae
Gray,1821
Sottofamilja: Didelphinae
Gray, 1821
Ġeneru: Gracilinanus
Gardner u Creighton, 1989
Speċi: G. marica
Isem binominali
Gracilinanus marica
(Thoma, 1898)
Firxa Gracilinanus marica.PNG
Firxa tal-Opossum grazzjuż tat-Tramuntana

L-Opossum grazzjuż tat-Tramuntana, magħruf xjentifikament bħala Gracilinanus marica, huwa mammiferu marsupjal tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi grazzjużi nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Dan l-opossum grazzjuż huwa marsupjal b'abitudni notturna (attiv bil-lejl) b'attività minima matul il-ġurnata. Gracilinanus marica jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti subtropikali u tropikali umdi u huwa mammiferu primarjament arborju (jgħix fis-siġar), għalkemm jinżel mal-art biex jiekol xi frott u jikaċċa.

Dieta[editja]

Dan l-opossum huwa marsupjal b'dieta omnivora li tikkonsisti minn frott, insetti u annimali invertebrati żgħar oħra.

Distribuzzjoni[editja]

Gracilinanus marica huwa speċi b'distribuzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa fil-Kolombja u l-Veneżwela u ristretta f'abitat li qiegħed jonqos drastikament.

Referenzi[editja]

  • Nowak, Ronald M.: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, 1999 ISBN 0801857899
  • Voss, R.S., Lunde, D.P. & Jansa, S.A. 2005. On the Contents of Gracilinanus Gardner & Creighton, 1989, with the Description of a Previously Unrecognized Clade of Small Didelphid Marsupials. American Museum Novitates 3482:1-34, 2005.
  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
  • Infonatura

Ħoloq esterni[editja]