Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill,1872)
Familja: Didelphidae
(Gray,1821)
Sottofamilja: Didelphinae
Ġeneru: Thylamys
(Gray,1843)
Speċi: T. pusillus
Isem binominali
Thylamys pusillus
(Desmarest,1804)
Common Fat-tailed Mouse Opossum area.png
Firxa tal-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni

L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni jew l-Opossum ta' denbu oħxon komuni, magħruf xjentifikament bħala Thylamys pusillus, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ġrieden ta' denbhom oħxon, nattiv fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel.

Dan l-opossum ġurdien ta' denbu oħxon huwa marsupjal kemm arborju (jgħix fis-siġar) kif ukoll terrestri (jgħix ma' l-art), b'abitudni notturna (attiv bil-lejl).

Dieta[editja]

L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon komuni huwa marsupjal b'dieta primarjament insettivora, għalkemm frott, bajd tal-għasafar u annimali vertebrati żagħar bħal gremxul u ġrieden huma inklużi fid-dieta ukoll.

Distribuzjoni[editja]

Thylamys pusillus huwa speċi b' distribuzjoni fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel, mifruxa mal-Arġentina, Bolivja u Paragwaj.

Klassifikazjoni[editja]

Referenzi[editja]

Ħoloq Esterni[editja]