Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien
| Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Filu: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Metatheria |
| Superordni: | Ameridelphia |
| Ordni: | Didelphimorphia (Gill,1872) |
| Familja: | Didelphidae (Gray,1821) |
| Sottofamilja: | Didelphinae |
| Ġeneru: | Micoureus (Lesson,1842) |
| Isem binominali | |
| Micoureus regina (Thomas, 1898) |
|
| Sottospeċi | |
| Firxa ta' l-Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien Micoureus regina | |
L-Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien magħruf xjentifikament bħala Micoureus regina, huwa wieħed minn 6 speċi ta' opossumi ġrieden sufin tal-ġeneru Micoureus. Dan huwa mammiferu marsupjal, membru tat-tribù Monodelphini, fis-sottofamilja Didelphinae, fil-familja Didelphidae (didelfidi), tal-ordni Didelphimorphia (didelfimorfji), nattiv tal-kontinenti Amerikani u mifrux fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel.
L-Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien, huwa didelfimorfju ta' abitudni kemm arborja jew siġrijja (jgħix fis-siġar), kif ukoll terrestri (jgħix mal-art) u l-quċċata ta' l-attività tiegħu tkun matul il-lejl (notturna). Dan huwa speċi ta' opossum li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti kemm subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f' dawk subtropikali u tropikali xotti.
Werrej |
[editja] Dieta
Micoureus regina huwa mammiferu marsupjal b' dieta omnivora. Din tikkonsisti prinċipalment minn frott, varjeta ta' insetti u żrieragħ, għalkemm bajd, annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħrajn, bħal rettili, amfibjani u mammiferi gerriema jintieklu ukoll.
[editja] Distribuzzjoni
L-Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien għandu distribuzzjoni vasta ma' bosta pajjiżi fl-Amerika ċentrali u fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsab mifrux mal-Bolivja, Ekwador, Kolombja u Peru
[editja] Klassifikazzjoni
- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Tribù Monodelphini
- Ġeneru Micoureus
- Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien, Micoureus regina
- Sottospeċi
- Micoureus regina germana (Thomas,1904)
- Micoureus regina rapposa (Thomas,1899)
- Micoureus regina regina (Thomas,1898)
- Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien, Micoureus regina
- Ġeneru Micoureus
- Tribù Monodelphini
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
[editja] Referenzi
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 3-18. ISBN 0-8018-8221-4
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.
[editja] Ħoloq/Linkijiet Esterni
- New World Marsupial Specialist Group 1996.Micoureus regina In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- Infonatura, sit b' informazzjoni dwar il-fawna tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel inkluż il-marsupjal Opossum ġurdien sufi ta' denbu għarwien Micoureus regina.