Opossum ġurdiem ta' geddumu twil skur
| Opossum ġurdiem ta' geddumu twil skur | |
|---|---|
| Opossum ġurdiem ta' geddumu twil skur Caenolestes fuliginosus | |
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Filu: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Infraklassi: | Metatheria |
| Superordni: | Ameridelphia |
| Ordni: | Paucituberculata |
| Familja: | Caenolestidae |
| Ġeneru: | Caenolestes |
| Speċi: | C. fuliginosus |
| Isem binominali | |
| Caenolestes fuliginosus Tomes, 1863 |
|
| Sottospeċi | |
| Firxa ta' Caenolestes fuliginosus | |
L-Opossum ġurdiem ta' geddumu twil skur magħruf xjentifikament bħala Caenolestes fuliginosus, li jsibuh ukoll bħala Opposum ġurdiem ta' geddumu twil tal-ħarir, huwa marsupjal żgħir li jgħix fil-foresti alpini ta' l-Andi. Mis-6 speċi ta' l-ordni Paucituberculata, li għadhom ħajjin illum, dan huwa l-aktar Opossum ġurdiem ta' geddumu twil li hu magħruf u l-aktar wieħed li hemm tagħrif u informazzjoni dwaru.
Werrej |
[editja] Deskrizzjoni
Din l-ispeċi hija simili ħafna ta' l-ispeċi l-oħrajn li qegħdin miġburin fl-istess ġeneru {Caenolestes}.
L-opossum ġurdiem ta' geddumu twil skur għandu l-pil fin u folt ta' lewn kannella skur li jkanġi fl-iswed fuq id-dahr, filwaqt li jiċċara ħafna fin-naħa taż-żaqq. Il-wiċċ tawwali li ġej għall-ponta mgħammar b' par għajnejn ċkejknin.
Din l-ispeċi ta' opossum ġurdiem ta' geddumu twil tippreżenta fiha dimorfiżmu sessuali qawwi fejn in-nisa huma ta' daqs notevolment iżgħar. It-tul tar-ras u l-ġisem huwa bejn 90 u 140 millimetru u d-denb kważi għarwien kapaċi jilħaq jew iqarreb dan it-tul ukoll. Il-piż totali ta' l-irġiel ijvarja bejn 25 u 41 gramma filwaqt il-piż tan-nisa jvarja bejn 16.5 u 22.5 grammi u ma għandhomx marsupju.
[editja] Dieta
L-Opossum ġurdiem ta' geddumu twil skur huwa marsupjal b' dieta karnivora li tikkonsisti minn varjetà ta' insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar.
[editja] Distribuzzjoni
Id-distribuzzjoni ta' dan il-marsupjal ta' l-Amerika ta' isfel hijs l-akbar fost l-ispeċi ta' dan l-ordni. L-opossum ġurdiem ta' geddumu twil skur qiegħed mifrux fil-boskijiet u fil-prateriji umdi, f' altitudni bejn 1,500 u 4,000 metru, fil-Peru, fl-Ekwador, fil-Kolombja, u fil-Venezwela, fejn jiċċaqlaq minn post għall-ieħor billi jħaffer mini taħt l-art.
[editja] Klassifikazzjoni
Opossum ġurdiem ta' geddumu twil skur jew Opposum ġurdiem ta' geddumu twil tal-ħarir hemm 4 sottospeċi, Caenolestes fuliginosus centralis, Caenolestes fuliginosus fuliginosus, Caenolestes fuliginosus obscurus u Caenolestes fuliginosus tatei.
- Ordni Paucituberculata
- Familja Caenolestidae
- Ġeneru Caenolestes
- Speċi
- Opossum ġurdiem ta' geddumu twil skur, Caenolestes fuliginosus
- Sottospeċi
- Caenolestes fuliginosus centralis (Tomes, 1863)
- Caenolestes fuliginosus fuliginosus (Bublitz, 1987)
- Caenolestes fuliginosus obscurus (Thomas, 1895)
- Caenolestes fuliginosus tatei (Anthony, 1923)
- Ġeneru Caenolestes
- Familja Caenolestidae
[editja] Konservazzjoni
Din l-ispeċi, fil-lista l-ħamra ta' l-Unjoni Internazjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN red list) qegħda mmniżla bħala fi stat ta' riskju ta' estinzjoni baxx.
[editja] Referenzi
- New World Marsupial Specialist Group (1996). Caenolestes fuliginosus. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Retrieved on 12 May 2006.
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 19. ISBN 0-8018-8221-4.
[editja] Links Esterni
- Animal Diversity Web entry for Caenolestes fuliginosus
- MSW entry for Caenolestes fuliginosus
- Comparative Mammalian Brain Collections: Shrew opossum (Caenolestes fuliginosus)
- Caenolestes fuliginosus In: 2007 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2007. Downloaded on 15 July 2008.