Oliver Friggieri

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Oliver Friggieri
Twelid Malta
1947
Okkupazzjoni Rumanzier, novellista, poeta
Nazzjonalità Malti

Oliver Friggieri twieled il-Furjana fis-sena 1947 Oliver Friggieri huwa l-awtur ta' numru kbir ta' kotba ta' diversi ġeneri, maħruġa f'Malta kif ukoll u f'diversi pajjiżi barranin. Ir-rumanzi, in-novelli u l-poeżiji tiegħu ġew maqlubin f'diversi lingwi. Kotba tiegħu dehru bl-Ingliż, Taljan, Franċiż, Maċedonjan, Sloven, Serbo-Kroat, Grieg, Romen, Għarbi, Bengali, Urdu. L-istudji tiegħu, bl-Ingliż u bit-Taljan, dehru f'għadd ta' rivisti akkademiċi madwar id-dinja. Ħa l-ewwel M.A. (1975) u Ph.D. (1978) fil-Letteratura Maltija bit-teżijiet ta' kritika komparata La cultura italiana a Malta: storia e influenza letteraria e stilistica attraverso l’opera di Dun Karm; La Cultura Italiana del Romanticismo e la Poesia Maltese, t-tnejn ħarġu bħala volumi fl-Italja. Rebaħ diversi premijiet internazzjonali. Qaleb għall-Malti bosta xogħlijiet mil-Latin, Ingliż u Taljan. Bħalissa hu lecturer fl-Università ta' Malta fil-letteratura Maltija.

[editja] Bibljografija

  • Storia della Letteratura Maltese
  • Stejjer Għal Qabel Jidlam
  • Mal-Fanal Hemm Ħarstek Tixgħel

[editja] Rumanzi

[editja] Poeżiji

Il-poeżiji tiegħu kollha nġabru fl-2002 taħt l-isem Oliver Friggieri: Il-Poeżiji Miġbura.

F'lingwi oħrajn