Pika tal-kullar
| Pika tal-kullar | |
|---|---|
![]() |
|
| Pika tal-kullar Ochotona collaris | |
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Eutheria |
| Superordni: | Euarchontoglires |
| Ordni: | Lagomorpha |
| Familja: | Ochotonidae |
| Ġeneru: | Ochotona |
| Speċi: | O. collaris |
| Isem binominali | |
| Ochotona collaris Nelson, 1893 |
|
Il-Pika tal-kullar (Ochotona collaris) hija speċi ta' mammiferu plaċentat dijurn (attiv matul il-ġurnata) u asoċjali (mhux soċjali jew solitarju), tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, normalment f' ambjent muntanjuż jew bl-irdumijiet.
Din hija speċi komuni pjuttost żgħira ta' mhux aktar minn 160 gramma. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Pika u relatata fil-qrib mal-Pika Amerikana (Ochotona priniceps).
Il-Pika tal-kullar timmatura sesswalment fl-età ta' sena u jkollhom botton ta' 2 jew 3 żrameġ fis-sena. Dawn jibqgħu fil-bejta għal bejn wieħed u ieħor 30 jum, ftit ġranet wara jsiru indipendenti u f'qasir żmien dawn jitilqu mill-arja fejn jitwieldu u jinfirdu minn ma' l-omm biex ifittxu territorju għalihom.
Distribuzzjoni [editja]
Din l-ispeċi mifruxa mal-Amerika ta' fuq, fil-Kanada u l-Istati Uniti.
Klassifikazzjoni [editja]
- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana
- Speċi
- Pika tal-kullar, Ochotona collaris
- Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
Referenzi [editja]
- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona collaris. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006. Database entry includes a brief justification of why this species is of least concern.
