OFC

Minn Wikipedija

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex



OFC

L-Assoċċazzjoni tal-Futbol Oċeanika (bl-Ingliż: Oceania Football Confederation), magħrufa aħjar bħala l-OFC hi waħda mis-sitt żoni kontinentali tal-futbol internazzjonali. Din il-federazzjoni tippomovi din il-logħba fl-Oċeanja u tiggwida lill-membri tagħha għall-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Mis-sitt konfederazzjonijiet, l-OFC hi l-iżgħar u l-inqas kompetittiva. Hi magħmula minn pajjiżi żgħar u gżejjer fqar, fejn il-logħba tal-futbol mhijiex l-isport l-iktar popolari. Din l-assoċċazzjoni għandha ftit influwenza fuq il-futbol globali, kemm fil-kompetizzjonijiet li tospita kif ukoll fil-kwalità tal-plejers. Fl-2006, it-tim l-iktar kbir u bl-aktar suċċessi fil-federazzjoni, l-Awstralja, ittrasferixxiet ruħha fiż-Żona Ażjatika, biex ħalliet lin-New Zealand bħala l-aktar prominenti fl-OFC.

Werrej

[editja] Storja

Il-konfederazzjoni ġiet iffurmata fl-1966. Il-membri fundaturi kienu l-Awstralja, New Zealand u l-Fiġi. Fl-1996 l-OFC kienet ikkonfermata bħala konfederazzjoni u ngħatat post fit-Tazza tad-Dinja. Fl-1998, il-federazzjoni ħarġet l-emblema l-ġdida u l-magażin uffiċċjali ntitulat "The Wave". Fl-24 ta' Mejju 2004, Kaledonja l-Ġdida saret it-tnax-il membru ta' l-OFC. Fl-1 ta' Jannar 2006, l-Awstralja nqatet mill-federazzjoni biex ingħaqdet maż-Żona Ażjatika.

[editja] Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja

Oċeanja bagħtet repreżentattivi għat-Tazza tad-Dinja tliet darbiet: l-Awstralja fl-1974 u l-2006, u n-New Zealand fl-1982. Madanakollu, l-Awstralja ma kinitx membru tal-konfederazzjoni fl-1974 wara li rtirat biex b'hekk tidħol fil-konfederazzjoni taż-Żona Ażjatika. Reġgħet ingħaqdet ma' l-OFC fl-1978. La l-Awstralja fl-1974 u lanqas in-New Zealand fl-1982 ma kkwalifikaw mill-ewwel fażi. L-Awstralja fl-edizzjoni ta' l-2006 fil-Ġermanja rnexxiela tikkwalfika għat-tieni fażi imma spiċċat eliminata mill-Italja. L-OFC hi l-unika konfederazzjoni li ma għandhiex post garantit fit-Tazza tad-Dinja (raġuni prinċipali għaliex l-Awstralja ttrasferrixxiet għall-konfederazzjoni Ażjatika). Bejn l-1966 u l-1982, it-timijiet ta' l-OFC ingħaqdu maż-Żona Ażjatika għall-kwalifikazzjoni għall-kampjonat. Mill-1986, ir-rebbieħa taż-Żona Oċeanika jaffrontaw il-play-offs interkontinentali kontra tim nazzjonali ta' konfederazzjoni oħra, biex b'hekk ikollhom post fit-Tazza tad-Dinja.

[editja] It-Timijiet Nazzjonali li tieħu ħsieb il-OFC

Membri ta' l-OFC
Membri ta' l-OFC

1: Membri ta' l-OFC, imma mhux tal-FIFA

[editja] Membri fit-Tazza tad-Dinja

darbtejn

darba

1: Kwalifikazzjoni minnhom ma kinitx taħt iż-Żona Oċeanika

[editja] Ħoloq Oħra

Template:Fb-start Template:Fb-start2

Template:Fb-end

Għodda personali