No. 5, 1948
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
No. 5, 1948 hija pittura ta' Jackson Pollock (1912–1956), pittur Amerikan magħruf għall-kontribuzzjonijiet tiegħu fil-moviment espressjonista astratt. Il-pittura saret fuq folja 8' x 4' ta' fajberbord u minħabba ammont sostanzjali ta' żebgħa kannella u safra mraxxax fuqha, il-pittura tidher qisha bejta.[1] Kienet oriġinarjament proprjetà ta' Samuel Irving Newhouse u esposta fil-Museum of Modern Art qabel ma nbiegħet lil David Geffen u warajh, allegatament, lil David Martinez fl-2006.[2]
Referenzi[editja]
- ^ (Ingliż) Financier splashes out $140m for Pollock work. Post-Tribune, 03-11-2006
- ^ (Ingliż) Art Market Watch. Artnet, 03-11-2006. Aċċess tal-URL: 08-11-2006.