Ninu Cremona
Ninu Cremona (Rabat, 27 ta' Mejju 1880 – 4 ta' Jannar 1972) kien lingwista magħruf Malti u awtur.
Werrej |
[editja] Tfulija
Ninu Cremona, magħruf bħala Is-Sur Nin, twieled nhar is-27 ta' Mejju 1880 bin Feliċ u Margaret Pace imwielda fir-Rabat, Għawdex. Missieru miet meta Ninu kellu tliet snin u sentejn wara mar jgħix ma' zijuh f'Tuneż u ħa l-edukazzjoni tiegħu fi iskola tal-Christian Brothers u wara f'St Charles College. Meta kellu 8 snin ġie lura Malta u mar is-Seminarju ta' Għawdex u tal-Furjana, fejn hemmhekk sar jaf lil Dun Karm.
[editja] Skrivan, Spettur tas-Sanità u Għalliem
Fl-1900, Cremona daħal skrivan mal-Gvern u fl-1904 sar Spettur tas-Sanità wara kors fl-Ashton School of Hygene fl-Università ta' Liverpool. Fl-1928 sar l-editur responsabbli mit-traduzzjonijiet u l-pubblikazzjonijiet kollha tal-Gvern. Cremona kien jgħallem il-Malti fil-klassijiet ta' filgħaxija u fl-1936 kien l-ewwel għalliem tal-Malti fil-Liċeo. Kien ukoll eżaminatur tal-Malti fl-Università.
[editja] Il-Ħidma tiegħu b'riżq l-Ilsien Malti
Cremona kien wieħed mill-Fundaturi tal-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti, illum l-Akkademja tal-Malti. Kien Viċi-President tagħha u wieħed mill-edituri ta' Il-Malti, ir-rivista tal-Għaqda. L-ikbar sehem tiegħu b'riżq il-Malti kien fit-tfassil tal-ortografija Maltija – li fiha għenu Ġanni Vassallo, bil-ktieb Tagħrif fuq il-Kitba Maltija li ħarġu fl-1924.
[editja] Kotba
Dramm
- Il-Fidwa tal-Bdiewa, dramm mibni fuq l-istruttura klassika tal-Griegi.
Poeżiji
- Weraq mar-Riħ (1932)
- Rand u Rihan (1945)
- Mis-Siġra ta' Ħajti (1970)
Novelli
- Ktajjen Maqtugħa (1968)
Lingwistika
- X'inhu l-Malti Safi (1925)
- A Manual of Maltese Orthography and Grammar (1929)
- Tagħlim fuq il-Kitba Maltija (1935, 1938)
- A Historical Review of the Maltese Language (1945)
Riċerka
- Mikiel Anton Vassalli u Żminijietu (1937), bijografija li ġiet tradotta minn May Butcher, Vassalli and his times fl-1940.
- L'Antica Fondazione della Scuola di Lingua Araba in Malta (1955)
- La Marina Maltese dal Medio Evo all'Epoca Moderna (1964)
Folklor
- Maltese Funeral Customs (1922)
- Race, Language, and Myth (1922)
- Mourning and Funeral Customs in Malta (1923)
- Some Myths and Beliefs in Maltese Folklore (1923)
- Weather and Husbandry Lore in the Isles of Malta (1925)
- Is the Maid of Mosta a Myth? (1934)
- Folklore u Lsien Malti (1944).
Fl-1970, Cremona ippubblika ħafna mix-xogħlijiet tiegħu ta' proża f' Antoloġija ta' Proża Maltija.
[editja] Titli u Unuri
- Il-Midalja tad-Deheb Ġużè Muscat Azzopardi (1946)
- Dottorat Honoris Causa fil-Letteratura għall-ħidma kbira tiegħu fil-qasam letterarju, grammatikali u xjentifiku tal-Ilsien Malti, mill-Università Rjali ta' Malta (1960)