Nick Drake
Nicholas Rodney "Nick" Drake (19 ta' Ġunju 1948 – 25 ta' Novembru 1974) kien kant-awtur u mużiċista Ingliż. Għalkemm huwa l-iktar magħruf għall-kanzunetti oskuri u pessimisti tiegħu ibbażati fuq il-kitarra, Drake kien profiċjenti wkoll bil-pjanu, l-klarinett u s-sassofonu. Minkejja li ma rnexxilux jilħaq udjenza wiesa' tul ħajtu, ix-xogħol tiegħu, biż-żmien, kiseb aktar rikonoxximent; illum huwa meqjus wieħed mill-iktar kant-awturi Ingliżi l-altar influwenti fl-aħħar 50 sena.[1][2][3] Drake iffirma mat-tikketta Island Records meta kellu 20 sena u ħareġ l-album debuttanti tiegħu, Five Leaves Left, fl-1969. Sal-1972 kien irrekordja żewġ albums oħra - Bryter Layter u Pink Moon. Ebda wieħed minnhom ma biegħ iktar minn 5,000 kopja mal-ewwel ħruġ.[4]
In-nuqqas ta' rieda li jdoqq live jew li jkun intervistat ikkontribwixxew għan-nuqqas ta' suċċess kummerċjali. Madankollu kien irnexxielu flimkien sostenituri influwenti, leali għall-mużika tiegħu, inkluż il-maniġer tiegħu, Joe Boyd, li ħadem għal klawsola fil-kuntratt mat-tikketta Island Records biex ikun żgurat li d-disku ta' Drake qatt ma jispiċċaw out of print. Tul ħajtu Drake sofra minn dipressjoni u insomnia, u ħafna drabi das-suġġetti kienu riflessi fil-lirika tiegħu. Mat-tlestija tat-tielet album tiegħu, Pink Moon, fl-1972, huwa waqaf kemm mix-xena live kif ukoll mill-irrekordjar, u irtira fid-dar rurali tal-ġenituru tiegħu f'Warwickshire. M'hemm l-ebda filmat tiegħu adult magħruf; inqabad biss f'ritratti u filmati fi tfulitu.[5] Drake miet nhar il-25 ta' Novembru tal-1974 minn overdose ta' amitriptilina, antidipressant preskritt; huwa kellu biss 26 sena.
Il-muzika ta' Drake baqgħet disponibbli tul is-snin '70, iżda album retrospettiv maħruġ fl-1979 Fruit Tree wassal għal rivalutazzjoni tal-katalgu mużikali tiegħu. Sa' nofs is-snin '80 Drake kien qed jingħata kredtu bħala influwenti fuq mużiċisti bħal Robert Smith, David Sylvian u Peter Buck. Fl-1985, The Dream Academy laħqu l-quċċata tal-klassifiki fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti b'"Life in a Norther Town", diska miktub u ddedikata lil Drake.[6]
Sal-bidu tas-snin '90, huwa beda jsir rapreżentattiv ta' tip ta' mużiċista 'romantiku kkundannat' fl-istampa mużikali tar-Renju Unit, u kien ċitat frekwentament minn artisti bħal Kate Bush, Paul Weller u The Black Crowes.[7] L-ewwel bijografija tiegħu tfaċċat fl-1997, segwita fl-1998 bid-dokumentarju A Stranger Among Us. Fl-2000, Volkswagen użaw it-title track minn Pink Moon f'reklam televiżiv, u fi żmien xahar Drake biegħ iktar diski mit-30 sena ta' qabel.
Werrej |
L-ewwel snin [editja]
Nicholas Rodney Drake twieled fid-19 ta' Ġunju 1948, f'familja Ingliża ta' klassi soċjali medja-għolja f'Rangoon, f'Burma. Missieru Rodney (1908-1988) emigra hemmhekk fil-bidu tas-snin '30 biex jaħdem bħala inġiniet mal-Bombay Burmah Trading Corporation.[8] Fl-1934, Rodney ltaqa' mat-tifla ta' membru għoli tas-Servizzi Ċivili Indjani, Mary Lloyd (1916-1993), magħrufa mal-qraba tagħha bħala Molly. Rodney pproponielha fl-1936, iżda l-koppja kellha tistenna sena, sakemm Molly għalqet il-21, qabel ma l-familja tagħha ħallewha tiżżewweġ. [9] Fl-1950, huwa telqu lejn Warwickshire[10] biex jgħixu fi proprjetà rurali f'Far Leys, qrib Tanworth-in-Arden fil-punent ta' Warwickshire, 'l isfel minn Solihull. Drake kellu oħtu waħda, ikbar minnu, Gabrielle, li iktar tard kisbet suċċess bħala attriċi tal-films u t-televiżjoni. Il-ġenituri kienu t-tnejn li huma inklinati mużikalment, u t-tnejn li huma kitbu biċċiet ta' mużika. B'mod partikolari, reġistrazzjonijiet ta' kanzunetti miktubin minn Molly tfaċċaw wara l-mewt tagħha u huma notevolment simili fit-ton u t-tema tagħhom għax-xogħol ta' binha iktar tard.[11] Kemm l-omm u binha kienu jwasslu vuċi fraġli meta jkantaw, u kemm Gabrielle u l-bijografu Trevor Dann innutaw sens parallel ta' presaġġ u fataliżmu fil-muzika tagħhom.[11][12] Inkoraġġut minn ommu, Drake tgħallem il-pjanu f'eta' bikrija u beda jikteb il-kanzunetti tiegħu stess li hi rreġistrat fuq tape recorder reel-to-reel li kienet iżżomm fis-salott.[3]
Fl-1957, Drake daħal fl-Eagle House School, boarding school preparatorja Ingliża ġewwa Berkshire. Ħames snin wara daħal fi skola pubblika f'Marlborough College f'Wiltshire, fejn kienu attendew ukoll missieru, nannuh u buż-nannuh. Huwa wera ruħu interessaw fl-isport, u kellu suċċess bħala sprinter (ir-rekord tiegħu tal-100 jarda għadu ma nqabiżx)[13] u kien kaptan tat-tim tar-rugby għal xi żmien. Huwa kien ukoll Head of House ta' C1, l-ikbar abitazzjoni tal-Kulleġġ. Ħbieb tiegħu tal-iskola jiftakru lil Drake bħala kunfidenti u "awtoritarju b'mod kwiet", filwaqt li ħafna drabi distakkat fil-manjieri tiegħu.[14] Missieru Rodney jiftakar, "F'wieħed mir-rapporti tiegħu is-Surmast kien qal li ħadd minnha ma kien qisu jafu sew."[15]
Drake daqq il-pjanu fl-orkestra tal-iskola, u tgħallem ukoll il-klarinett u s-sassofonu. Huwa fforma grupp mużikali, The Perfumed Gardeners, flimkien m'erba' minn sħabu tal-iskola fl-1964 jew 1965. Bi Drake fuq il-pjanu u, kultant, alto sax u vuċi, il-grupp daqq covers ta' Pye u standards tal-jazz, kif ukoll kanzunetti tal-Yarbirds u ta' Manfed mann. Il-line-up għal żmien qasir inkluda lil Chris de Burgh, li iżda malajr tkeċċa minħabba li l-gosti mużikali tiegħu kienu meqjusin "wisq f'vena popolari" mill-membri l-oħrajn.[16] Il-prestazzjoni akkademika ta' Drake malajr bdiet sejra lura, u filwaqt li kien qabeż sena fl-Eagle House, f'Marlborough beda jittraskura l-istudji u jikkonċentra iktar fuq il-mużika. Huwa kiseb seba' GCE O-Levels fl-1963, iżda dawn kienu inqas minn kemm stennew l-għalliema tiegħu, filwaqt li falla l-"Fiżika mal-Kimika".[17]
Fl-1965, Drake ħallas £13 għall-ewwel kitarra akustika tiegħu, u ftit wara beda jesperimenta b'open tuning u teknika ta' finger-picking.[18]
Fl-1966, Drake rebaħ borża ta' studju fil-Letteratura Ingliża fil-Fitzwilliam College, fl-Università ta' Cambridge. Huwa ttardja d-dħul tiegħu biex jgħaddi sitt xhur fl-Università ta' Aix-Marseille, fi Franza, minn Frar tal-1967 'l quddiem. Kemm dam f'Aix, huwa ddedika ħafna ħin għall-prattika tal-kitarra, ħafna drabi jdoqq għall-flus fit-toroq ma' sħabu fil-qalba tal-belt. Drake beda jpejjep id-droga kannabis, u dik ir-rebbiegħa vvjaġġa ma' xi ħbieb lejn il-Marokk għaliex, skont wieħed minn sħabu tas-safar Richard Charkin, "dak kien fejn kont issir l-aqwa ħaxixa".[19] Aktarx li Drake beda juża l-LSD waqt li kien f'Aix,[20] u lirika mituba f'dan il-perjodu - partikolarment għall-kanzunetta "Clothes of Sand" - jissuġġerixxu interess fi droga alluċenoġena.[21]
Cambridge [editja]
Mar-ritorn fl-Ingilterra, huwa mar joqgħod fl-appartament t'oħtu ġewwa Hampstead, qabel ma daħal Cambridge f'Ottubru ta' dik is-sena. L-għalliema tiegħu sabuh student intelliġenti, iżda mingħajr entużjażmu u mingħajr ħajra għall-istudju.[22] Dann jinnota li kellu diffikultà jibni konnessjoni kemm ma' membri tal-istaff u kif ukoll ma' studenti bħalu, u jinnota wkoll li r-ritratti uffiċjali tal-università juruh żagħżugħ malinkoniku.[23] Cambridge kienet tagħmel enfażi fuq it-timijiet tar-rugby u l-cricket, iżda Drake kien tilef l-interess fl-isports u beda jippreferi joqgħod fil-kamra tiegħu fil-kulleġġ, ipejjep il-marijuana u jisma' u jdoqq il-mużika. F'Settembru tal-1967 iltaqa' ma' Robert Kirby, student tal-mużika li eventwalment kiteb l-orkestra għal ħafna xogħol mill-ewwel żewġ albums ta' Drake.[24] Sa daż-żmien, Drake kien skopra x-xeni mużikali folk Brittanniċi u Amerikani, u kien influwenzat minn artisti bħal Bob Dylan, Josh White u Phil Ochs.
Huwa beda jdoqq fi clubs lokali u coffee houses madwar Londra u fi Frar tal-1968, waqt li kien qed idoqq support għal Country Joe and the Fish ġewwa the Roundhouse f'Camden Town, Londra, ħalla impressjoni fuq Ashley Hutchings, bassista ta' Fairport Convention.[25] Hutchings jiftakarli baqa' impressjonal bil-ħiliet ta' Drake bħala kitarrist, iżda iktar minn hekk, "bid-dehra tiegħu ta' stilla. Huwa kellu dehra tal-għaġeb, kien jidher twil seba' piedi."[15]
Hutchins introduċa lil Drake lill-producer Amerikan Joe Boyd, is-sid tal-kumpanija ta' produzzjoni u management Witchseason Productions. Il-kumpanija, dak iż-żmien, kien liċenzjata lil Island Records,[26] u Boyd, bħala dak li skopra lill-Fairport Convention u li kien responsabbli mill-introduzzjoni ta' John Martyn u The Incredible String Band lil udjenzi wesgħin, kien figura sinifikanti u rispettata fix-xena folk tar-Renju Unit.[15] Hu u Drake mill-ewwel bnew rabta bejniethom, u l-producer aġixxa ta' mentor għal Drake tul il-karriera tiegħu. Demo ta' erba' kanzunetti, irrekordjat fil-kamra ta' Drake fil-kulleġġ fir-rebbiegħa tal-1968, wasslet biex Boyd joffri kuntratt ta' management, pubblikazzjoni u produzzjoni lill-artist, li issa kellu 20 sena, u beda wkoll ħidma fuq l-album tad-debutt. Skont Boyd:
Dan iż-żmien ma kienx hemm cassettes - (Drake) ġabli tape tar-reel-to-reel li kien għamel id-dar. F'nofs l-ewwel diska ħassejt li kellu xogħol pjuttost speċjali. Sejjaħtlu, ġie, u għedtlu, 'Nixtieq nagħmel record.' Huwa laqlaq, "Eh, ijja, Ok.' Nick kien raġel ta' ftit kliem.[15]
F'intervista tal-2004, il-ħabib ta' Drake Paul Wheeler ftakar fl-eċitament għal dak li deher bħala l-bidu tas-suċċess għal Drake, u semma' kif il-kantant kien diġa' ddeċieda li ma jkomplix it-tielet sena tiegħu f'Cambridge.[15]
Karriera [editja]
Five Leaves Left [editja]
Drake beda jirrekordja l-ewwel album tiegħu Five Leaves Left fl-1968, b'Boyd jassumi r-rwol ta' producer. is-sessjonijiet saru fis-Sound Techniques studio, ġewwa Londra, bi Drake ħafna drabi jiskarta l-lezzjonijiet biex jaqbad tren sal-kapitali Ingliża. ispirat mill-produzzjoni ta' John Simon fuq l-ewwel album ta' Leonard Cohen, Boyd kien ħerqan li l-vuċi ta' Drake tkun irreġistra b'mod simili - intimu, "mingħajr ix-xinxilli tal-pop".[27] Boyd fittex ukoll li jinkludi arranġamenti li jixbħu lil ta' Simon, mingħajr ma dawn jibilgħu il-kanzunetta.[27]
Għas-sostenn, Boyd qabbad numru ta' kuntatti mix-xena tal-folk f'Londra, inkluż il-kitarrist ta' Fairport Convention Richard Thompson u l-bassista ta' Pentangle, Danny Thompson.[28] irrekluta wkoll lill-producer John Wood bħala inġinier, filwaqt li qabbad lil Richard Hewson biex jikteb arranġamenti orkestrali.
L-ewwel sessjonijiet ma marrux tajjeb; is-sessjonijiet kienu rregolari u mgħaġġlin, irrekordjati waqt ħin misluf minn Fairport Convention waqt li dawn kienu qed jipproduċu l-album tagħhom Unhalfbricking. Kien hemm tensjoni bejn l-artist u l-produttur dwar id-direzzjoni li l-album kellu jieħu; Boyd kien jappoġġa l-metodu ta' George Martin li "juża l-istudjo bħal strument", waqt li Drake ipprefera ħoss iktar organiku. Dann josserva li Drake jinħass nervuż fuq reġistrazzjonijiet bootleg tas-sessjonijiet, u jinnota wkoll it-tentativi bla suċċess ta' Boyd li jfassal strumentazzjoni.[29] Iż-żewġ naħat kienu mdejqin bil-kontribuzzjoni ta' Hewson, u ħassewha wisq mainstream għall-ħoss tal-kanzunetti ta' Drake.[30] Drake issuġġerixxa li jużaw lill-ħabib tiegħu mill-Kulleġġ Robert Kirby, iżda Boyd kien xettiku milli jingaġġa student tal-mużika mingħajr ebda esperjenza fi studjo. Madankollu, huwa kien impressjonat bl-assertività mhux karatteristika ta' Drake u qabel li ssir prova.[31] Preċedentement, Kirby kien ippreżenta lil Drake b'xi arranġamenti għall-kanzunetti tiegħu,[26] u wasal biex ipprovda l-partitura għal kwartett, assoċjata mal-ħoss finali tal-album.[32] Madankollu, Kirby ma ħassux kunfidenti biżżejjed biex jikteb il-partitura għal dik li hi meqjusa l-qofol tal-album, River Man, u Boyd kellu jġebbed l-estimi finanzjarji ta' Witchseason biex jingaġġa lill-kompożitur veteran Harry Robinson, bi struzzjonijiet biex jimita t-ton ta' Delius u Ravel. Mudell:Listen
Diffikultajiet fil-post-produzzjoni wasslet għal dewmien ta' diversi xhur fil-ħruġ tal-album. Huwa allegal li l-album ma kienx irreklamat u sostenut biżżejjed,[33] għalkemm l-inklużjoni tat-traċċa tal-ftuħ "Time Has Told Me" fuq is-sampler ta' Island Records Nice Enough to Eat wasslitu lil udjenza wiesa' ħafna (traċċa mit-tieni album tiegħu ukoll kienet inkluża fis-sampler sussegwenti Bumpers). Drake kien ukoll miġjub f'intervisti ta' faċċati sħaħ mill-istampa popolari. F'Lulju, melody Maker irrifera għall-album bħala "poetiku" u "interessanti", għalkemm NME, f'Ottubru kiteb li ma kienx hemm "biżżejjed varjetà biex l-album ikun wieħed divertenti".[34] L-album indaqq fuq ir-radju minn DJs iktar progressivi tal-BBC, bħal John Peel[35] u Bob Harris. Drake ma kienx kuntent bil-kopertina minn ġewwa, li kienet iġġib id-diski fl-ordni l-ħażin u li kienet iġġib versi li ma kienux inklużi fil-verżjonijiet irrekordjati.[36] F'intervista oħtu Gabrielle qabel: "Kien riżervat ħafna. Kont naf li qed jaħdem fuq album imma ma kontx naf fliema stadju kien wasal sakemm daħal fil-kamra tiegħi u qalli, 'Ħa!'. Waddabli kopja fuq is-sodda u ħareġ 'il barra!""[26]
Referenzi [editja]
- ^ "Nick Drake — BiographyMudell:Dead link". VH1.com, 2005. Retrieved on 2 September 2006.
- ^ "Brad Pitt fronts Nick Drake show" BBC.co.uk., 2004. Retrieved on 22 August 2006.
- ^ a b MacDonald, Ian. "Exiled from Heaven". Mojo Magazine, January 2000.
- ^ Madankollu, artiku ta' Mark Moxon għall-BBC, datat nhar l-14 ta' Jannar, 2002, stqarr li "L-album biegħ biss 15,000 kopja, li kien biżżejjed biex iżomm it-tikketta kuntenta, iżda ftit li xejn meta mqabbel mas-suċċess li għalih Nick kien qed jittama". [1]
- ^ Berkvens, Jeroen, "A Skin Too Few: The Days of Nick Drake", Luijten Macrander Productions, 2000.
- ^ McNair, James. Pop: Apprentice to the stars. The Independent, 26 ta' Marzu 1999
- ^ Dann (2006), 201
- ^ Dann (2006), 75
- ^ Dann (2006), 76
- ^ Brown, Mick. "The Sad Ballad of Nick Drake". Sunday Telegraph (UK), 12 ta' Lulju 1997. Miksuba fil-31 ta' Jannar 2007.
- ^ a b Berkvens, Jeroen. "A Skin Too Few: The Days of Nick Drake" (Dokumentarju). Roxie Releasing, 2000.
- ^ Dann (2006), 91
- ^ McGrath, T.J. "Darkness Can Give You the Brightest Light". Dirty Linen, Issue, 4, October–November 1992. Retrieved on 23 February 2008.
- ^ Dann (2006), 95, 97
- ^ a b c d e Paphides, Peter. "Like A Heart with Legs On". Western Mail (Wales). 21 ta' Mejju 2004. Questia. Retrieved 16 September 2006.
- ^ Humphries (1997), 36
- ^ Dann (2006), 100
- ^ McGrath, T.J. "Nick Drake — Darkness Can Give You the Brightest LightMudell:Dead link". dirtynelson.com, 1992. Retrieved on 22 August 2006.
- ^ Dann (2006), 124
- ^ Humphries (1997), 51–52
- ^ Dann (2006), 123
- ^ Dann (2006), 28
- ^ Dann (2006), 25
- ^ Dann (2006), 40–43
- ^ "Nick Drake — ChronologyMudell:Dead link". Retrieved on 11 November 2006.
- ^ a b c Paphides, Peter. "Stranger to the world". The Guardian (UK), 25 April 2004. Retrieved on 1 February 2007.
- ^ a b Boyd (2006), 192
- ^ Rosen, Dave. "Five Leaves LeftMudell:Dead link". Ink Blot Magazine. Retrieved 1 February 2007.
- ^ Dann (2006), 59–60
- ^ Dann (2006), 60
- ^ Boyd (2006), 194
- ^ Raggett, Ned. "[[[:Mudell:Allmusic]] Five Leaves Left]". Allmusic. Retrieved on 19 September 2006.
- ^ Dann (2006), 133
- ^ Humphries (1997), 101–102
- ^ Boyd (2006) 197
- ^ Dann, (2006) 134
