Neolitiku

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Neolitiku tfisser il-ġebla ġdida. Iż-żmien Neolitiku ta' Malta (mgħarruf ukoll bħala Żmien il-Ħaġar) jinqasam f'tlett perjodi. Dawn insejħulhom Żmien Għar Dalam; Żmien Skorba Griża u Skorba Ħamra.

Żmien Għar Dalam[editja]

Ħafna żmien ilu, il-gżejjer Maltin kienu jagħmlu parti mill-muntanji li nsibu fil-punent tal-Baħar Mediterran u għalhekk qabel ma' il-livell tal-baħar għola,Malta u Għawdex ma kienux gżejjer. Din it-teorija hija mibnija fuq żewġ fatturi,li huma: l-ewwel,ir-riżultati li ħarġu minn studju li sar taħt il-baħar bejn l-Afrika u Sqallija, filwaqt li t-tieni huwa, il-fossili li nstabu f'Għar Dalam u postijiet oħra madwar Malta u Għawdex. F'dan il-għar instab għadam ġebli ta'ippopotami,iljunfanti,ċriev,orsijiet u bhejjem oħra kbar u slavaġ li qatt ma setgħu jgħixu fuq dawn il-gżejjer.

Żmien Skorba Griża u Ħamra[editja]

Skorba Griża u Ħamra

L-istudjużi jaħsbu li aktar ma' beda jgħaddi ż-żmien, aktar ġew nies minn barra jgħammru fuq dawn il-gżejjer. Dawn in-nies ma baqgħux jgħixu biss f'għerien, iżda kien hemm minnhom li bdew jibnu d-djar (għarajjex) ċkejkna sempliċi magħmula mit-tajn. Ħafna djar viċin xulxin bdew jieħdu qagħda tar-raħal żgħir. Minn dawn l-irħula ċkejkna li kont issibhom imxerrda madwar il-Gżejjer Maltin,illum baqa' biss xi ftit fdalijiet żgħar tagħhom. Fi Skorba viċin l-Imġarr instabu xi pedamenti u fdalijiet ta' bini ta' tempji u ta' djar minn żmien il-Preistorja. Sfortunatament, illum baqa' biss xi ftit fdalijiet u pedamenti. Skorba huwa maqsum f'żewġ fażi:Skorba Griża u Skorba Ħamra. Wara li għadda xi ftit żmien, il-kulur tal-fuħħar griż ma ntogħġobx u għalhekk inħoloq fuħħar ta' lewn aħmar skur.