Napuljun Tagliaferro

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Napuljun Tagliaferro bil-korteżija tal-Akkademja tal-Malti
Napuljun Tagliaferro
Director of Education (en) Translate

Ħajja
Twelid Birgu, 19 Awwissu 1843
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Mewt 3 Ottubru 1915
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Ingliż
Malti
Latin
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
arkeologu
kittieb
educator (en) Translate

Napuljun Tagliaferro (1843, il-Birgu - 3 ta' Ottubru 1915) kien matematiku, arkeologu u awtur ta' kotba dwar l-ilsien Malti.

Napuljun Tagliaferro kien matematiku brillanti (fil-bidu kien is-Sorbonne ta' Pariġi) li r-riċerka tiegħu wasslet għal għadd ta' pubblikazzjonijiet importanti fit-teorija tan-numri traxxendenti u ppreżenta bosta artikli f'konferenzi internazzjonali (pereżempju Pariġi 1878). Ikkontribwixxa f'bosta oqsma skolastiċi oħra, fosthom l-Arkeoloġija, ix-Xjenzi Naturali u l-ilsien Malti.

Għamel xi żmien bħala Direttur tal-Edukazzjoni. Inkoraġġixxa lil bosta kittieba żgħażagħ li jiktbu bil-Malti, fosthom lil Patri Anastasju Cuschieri. Infatti fl-4 ta' Novembru , 1915 dan għamel taħdita fl-aula magna tal-università ad unur ta' Tagliaferro. Din dehret fid-Daily Malta Chronicle bħala In Morte di Napoleone Tagliaferro

Kiteb l-istudju lingwistiku L'Elemento Neo-Latino nel Lessico Maltese, biex jikkumbatti t-tendenzi puristiċi.

Fl-1897 inħatar rettur tal-Università ta' Malta fejn qasam il-Fakultà tal-Arti, li sa dak iż-żmien kienet magħrufa bħal l-Fakultà tal-Letteratura u x-Xjenza f'żewġ oqsma ta' studju separati - arti u xjenza. Dam rettur sal-1904.