Multilingwiżmu

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Sudtirol Tabella ta' skola trilingwa f'Val Gardena bil-Ladin, Ġermaniż u t-Taljan

Il-Multilingwiżmu min-naħa waħda jfisser il-ħila ta' persuna li titkellem aktar minn lingwa waħda. Min-naħa l-oħra, dan it-terminu jfisser il-validità jew l-użu mifrux ta' għadd ta' lingwi f'soċjetà, stat jew reġun lingwistiku.

It-terminu[editja]

Il-multilingwiżmu jista' jfisser:

  • Il-ħila ta' persuna li titkellem aktar minn lingwa waħda (multilingwiżmu).
  • Il-validità jew l-użu mifrux ta' għadd ta' lingwi f'soċjetà, żona tal-lingwa jew pajjiż (poliglossija).
  • L-użu ta' għadd ta' lingwi sabiex jagħmlu l-informazzjoni aċċessibbli għall-akbar numru possibbli ta' individwi ta' diversi lingwi, bħal fuq sinjali, tabelli, tikketti tal-prodotti, fil-manwali kif ukoll fuq is-siti tal-web jew programmi tal-kompjuter.

It-termini mhumiex dejjem distinti minn xulxin b'mod ċar fl-użu ta' kuljum, però f'dixxiplini xjentifiċi huma definiti preċiżament u bħala reċiprokament esklussivi. Persuna li taf titkellem b'diversi lingwi, tissejjaħ poliglotta .

Tipi ta' akkwist[editja]

  • Akkwist simultanju iseħħ meta, pereżempju, it-tfal jitgħallmu għad ta' lingwi b'mod naturali simultanjament.
  • Akkwisti suċċessivi jfisser li l-lingwi differenti il-persuna titgħallimhom fi żminijiet differenti.
  • Akkwist naturali jfisser li lingwa l-persuna titgħallimha mingħajr istruzzjoni formali.
  • Akkwist ikkontrollat ​​ifisser li l-persuna titgħallem il-lingwa permezz ta' lezzjonijiet apposta.
  • Akkwist ibbilanċjat ifisser li l-għadd ta' lingwi huma kkontrollati bl-istess mod.
  • Akkwist asimmetriku ifisser li lingwa tiddomina oħra.

Tipi ta' multilingwiżmu[editja]

Il-multilingwiżmu individwali[editja]

Il-multilingwiżmu individwali jirriferi għal meta persuna tuża diversi lingwi regolarment fil-ħajja ta' kuljum. Il-persuna tkun tista' taqleb minn lingwa għal oħra, jekk ikollha bżonn pereżempju biex titħaddet ma' ta' madwarha. Jiġifieri l-persuna tkun tista' tikkomunika f'għadd ta' lingwi fil-ħajja ta' kuljum, peress li tkun ħakmet kull lingwa perfettament. Il- multilingwiżmu ta' persuna tista' jtirriżulta minn proċessi ta' tagħlim differenti u tiddependi minn ħafna fatturi esterni u interni, bħall-età, il-post, it-tip, u ċ-ċirkostanzi li fihom tinsab il-persuna, kif ukoll il-motivazzjoni tal-persuna li qiegħda titgħallem.

Kif il-persuna tikseb dawn il-lingwi jista' jvarja ħafna. Tista' titgħallem il-lingwi fl-istess ħin bħal meta ż-żewġ ġenituri jitkellmu lingwi differenti jew wara xulxin bħal meta t-tifel jew tifla jitgħallmu l-ewwel il-lingwa nattiva tagħhom u wara jitgħallmu lingwa oħra l-iskola. L-akkwist jista' jsir bla gwida pereżempju fil-kuntest ta' komunikazzjoni ta' kuljum jew jista' jkun ikkontrollat, pereżempju permezz ta' lezzjonijiet . Wieħed jista' wkoll jiddistingwi bejn multilingwiżmu simmetriku u asimmetriku. Fl-ewwel każ wieħed ikun tal-istess livell fil-lingwi li jitkellem waqt li fil-każ ta' asimmetrija wieħed ikollu ħakma ta' lingwa (jew xi lingi) iżjed mill-oħrajn.

Il-multilingwiżmu individwali għandha ħafna kawżi; pereżempju, l-għixien fiż-żoni tal-fruntiera tal-lingwi f'reġjuni lingwistikament imħallta, l-għixien flimkien u ż-żwieġ ma' kelliema barranin, aċċess għall-Edukazzjoni Għolja,sħubija f'reliġjon, eċċ (Yilmaz, 2004).

Multilingwiżmu territorjali[editja]

Il-multilingwiżmu territorjali jirriferi għall-preżenza simultanja ta' għadd ta' lingwi f'territorju wieħed.

Multilingwiżmu soċjetali[editja]

Il-Multilingwiżmu soċjetali jirreferi għal meta jkun hemm interpenetrazzjoni tal-komunitajiet tal-lingwa. F'dan il-każ individwi jagħmlu użu minn aktar minn lingwa waħda fil-ħajja ta' kuljum. Dan jiġri, pereżempju meta l-fruntieri tar-reġjuni lingwistiċi ma jkunux riġidi.

Multilingwiżmu istituzzjonali[editja]

Jkun hemm multilingwiżmu istituzzjonali meta istituzzjoni jkollha għadd ta' lingwi uffiċjali. Fl-Iżvizzera, pereżempju, is-servizzi pubbliċi nazzjonali u kantonali jiġu pprovduti f'għadd ta' lingwi differenti u t-tiketti fuq l-ikel huma miktuba bi tliet lingwi.

Diglossija[editja]

L-użu tal-lingwa hu mifrux fuq diversi oqsma, pereżempju wieħed jista' jitkellem fuq ix-xogħol b'mod differenti minn mal-familja u ħbieb, fuq ix-xogħol b'xi lingwa standard u d-dar b'djalett tal-istess lingwa. Din tissejjaħ diglossija. Dan it-terminu jintuża wkoll anki jekk iż-żewġ lingwi ma jkollomhomx l-istess bażi, bħal meta immigrant juża l-lingwa nattiva tiegħu spiss.

Kawżi[editja]

Hemm diversi kawżi għal multilingwiżmu. Fil-parti l-kbira dawn huma ta' natura politika u storika.

Il-kolonizzazzjoni[editja]

Wa]da mill-kawżi l-iktar importanti hi l-espansjoni ta' pajjiż bil-kolonizzazzjoni. "F'konkwista territorjali il-pajjiż rebbieħ iġġib miegħu il-lingwa tiegħu fil-pajjiż mirbuħ u jdaħħalha hemm bil-forza." ( Roos, 2005, p.5). Dan pereżempju ġara fil-konkwisti kolonjali Brittaniċi u Franċiżi fl-Afrika. Għalkemm issa li-pajjiżi konkwisti m'għadhomx kolonji aktar, madankollu l-Ingliż u l-Franċiż huma stabbiliti u saru il-lingwi uffiċjali ta' dawk il-pajjiżi. "Għandu jingħad ukoll li l-qsim arbitrarju tal-Afrika mill-potenzi kolonjali kkontribwixxa għall-fatt li l-istati issa jakkomodaw ta' għadd gruppi lingwistiċi peress li l-fruntieri statali ma jaqblux mal-konfini tribali fl-intern ta;-istat. Għalhekk, waqt li qabel l-invażjoni kolonjali, kull tribù kellu l-pajjiż u l-lingwa tiegħu, issa l- gruppi lingwistiċi differenti huma mifruxa mad-diversi t-territorji u dan joħloq multilingwiżmu mhux biss bil-kuntatt mal-Ingliż u l-Franċiż mal-lingwi indiġeni iżda wkoll bil-kuntatt bejn il-lingwi indiġeni." (Roos, 2005, p.5).

Il-migrazzjoni[editja]

Kawża oħra tal-multilingwiżmu hi l-migrazzjoni, nies li jemigraw lejn pajjiż fejn jingħaqdu ma' minoranza lingwistika. Sabiex jiġu integrati f'dan il-pajjiż, spiss jeħtieġ li l-immigranti jitgħallem il-lingwa tal-pajjiż li tkun barranija għalihom.

Unifikazzjoni politika tat-territorju[editja]

It-tielet kawża tal-ħolqien tal-multilingwiżmu hi l-unifikazzjoni politika ta' territorju. Sikwit grupp etniku jistabillixi lingwa waħda bħala l-lingwa tal-istat biex isaħaħ l- unifikazzjoni tiegħu. Eżempju ta' din is-sitwazzjoni nistgħu narawh fiċ-Ċina. Hemmhekk il-Mandarin hu lingwa statali u universali, madankollu, fiċ-Ċina jeżistu ħafna lingwi oħra.

L-Ewropejizzazzjoni u l-globalizzazzjoni[editja]

Barra minn dawn, l-Ewropizzazzjoni u l-globalizzazzjoni tal-politika u l-ekonomija għandha rwol importanti fl-iżvilupp tal-multilingwiżmu. Qiegħed jidher iżjed u iżjed li l-ħila li wieħed ikun jaf jitkellem b'għadd ta' lingwi, hi ħtieġa bażika fl-edukazzjoni vokazzjonali moderna. "L-abbiltà multilingwi min-naħa taċ-ċittadini tal-pajjiżi Ewropej hi meħtieġa mill-proċessi ta' integrazzjoni fl-Unjoni Ewropea." (Albayrak, 2007, p.7). Dan għandu impatt kbir fuq l-iskejjel, li għandhom l-inkarigu li jħejju tfal għall-futur.

Minħabba l-globalizzazzjoni, il-multilingwiżmu u l-poliglossija qed isiru dejjem aktar kunċetti importanti biex nifhmu ħafna soċjali ħafna:

  • Il-pressjoni tal-migrazzjoni globali tippromwovi d-diglossija u poliglossija.
  • Għall-migranti li jgħixu f'żona ta' lingwa barranija, il-bilingwiżmu u l-multilingwiżmu huwa importanti għall-aħħar għalihom.
  • Il-kompetenza bilingwi u multilingwi qed isir dejjem aktar meħtiġa għal ħafna impjiegi.
  • Fin-negozju, fix-xjenza u fit-teknoloġija sikwit jinħolqu "kodiċi" u gergi ġodda minn elementi tal-Ingliż biż-żieda ta' elementi minn lingwi oħra. Dawk li jitkellmu bosta lingwi billi jkunu jaf il- "kodiċi" u l-"gergi" ta' netwerks globali jiksbu ta' benefiċċji informattivi u ekonomiċi. Id-diversità tal-lingwi fis-soċjetajiet eteroġeni hija produttivi kemm ekonomikament kif ukoll mill-aspett kulturali. Għalhekk, il-multilingwiżmu huwa sinjal ta' normalità (ara l-pubblikazzjonijiet ta' SFB Multilingualism, Università ta' Amburgu).
  • L-Unjoni Ewropea qed tippromwovi l-multilingwiżmu permezz ta' struttura strateġika ġdida taħt il-kompitu tad-Dipartiment tal-Kummissarju għall-Edukazzjoni.

Code Switching[editja]

B'reazzjoni għall-globalizzazzjoni jista' jagħmel sens li ninkuraġġixxu t-tagħlim ta' għadd ta' lingwi kmieni fit-tfulija u li ninvestigaw fenomeni speċifiċi bħall-code switching lingwistiku. Code switching hu "l-bidla bejn lingwi differenti minn kelliema bilingwi u/jew multilingwi skont il-ħtiġijiet tas-sitwazzjoni tal-komunikazzjoni" (Bußmann 1990 u Földes 2005, S. 210 ff. "Kode-Umschaltung"). Waqt li qabel dan il-fenomenu kien meqjus bħala xi ħaġa ħażina, illum hu meqjus bħala l-ħila tal-kelliema multilingi li jadattaw għal diversi modi ta' kommunikazzjoni bil-kliem (Ara Chilla, Rothweilweiler u Babur).

Multilingwiżmu naturali u mill-iskola[editja]

Il-multilingwiżmu jista' jinkiseb b'żewġ modi differenti: B'mod mhux ikkontrollat ​​(jew naturali) jew ikkontrollat (​​permezz tat-tagħlim formali).

  • Il-multilingwiżmu mhux ikkontrollat jinkiseb mingħajr ma' wieħed jaħseb u impliċitament il- proċess iseħħ f'ambjent naturali. Il-lingwa l-ġdia tinkiseb permezz tal-kuntatti soċjali ta' kuljum pereżempju fil-logħob mal-ħbieb.
  • Fil-multilingwiżmu kontrollat​​, il-lingwa l-ġdida tiġi mgħallma konxjament u espliċitament, u u t-tagħlim isir fi ħdan xi istituzzjoni bħall-iskola (Ribeaud).

Madankollu id-distinzjoni bejn il-ksib ikkontrollat u mhux mhijiex dejjem ċara. Iż-żewġ għażliet huma spiss marbutin flimkien u dan jiddependi mill-pajjiż. Per eżempju, jekk il-klassijiet jinżammu f'pajjiż fejn jitkellmu bil-lingwa X dawk li qegħdin jitgħallmu l-lingwa X ħa jkollhom kuntatt f'ambjent naturali ma' min jitkellem il-lingwa X bħala lingwa nattiva. Il-ksib tal-lingwa jseħħ ukoll b'mod mhux ikkontrollat permezz tas-smigħ u t-taħdit. Dan japplika wkoll għat-tfal migranti. Per eżempju, dawn jitgħallmu l-lingwa tal-pajjiż ospitanti fl-iskola (b'mod ikkontrollat), u fit-taħlit ma' sħabhom (mod mhux ikkontrollat).

Ribeaud tispjega li l-ewwel ksib tal-lingwa hu bla kontroll. It-trabi sa meta jkollhom tliet snin jitgħallmu mill-ġenituri, ħuthom u l-familja, jixorbu l-lingwa qishom sponża. It-tfal jitgħallmu indirettament, bħal meta jisimgħu il-ġenituri jitkellmu mingħajr ma jkunu qegħdin jindirizzawhom.

Niddistingwu żewġ possibilitajiet fil-kisba naturali ta' għadd ta' lingwi. Jekk it-tfal jiksbu t-tieni lingwa fl-istess ħin mal-ewwel lingwa, din ngħidulha akkwist bilingwu tal-ewwel lingwi (sal-età ta' tliet snin). Min-naħa l-oħra it-tfal jistgħu lingwa meta jkunu ikbar jew adulti (Riehl 2004).

Il-kisba ta' żewġ lingwi nattivi jew iżjed fl-istess ħin ġeneralment tiġri f'dawn l-ambjenti (Romaine 1995).

  • Il-lingwa tal-familja tkun L) u l-lingwa ambjentali tkun L2 (kindergarten, dinja ta' barra);
  • Il-familja tkun lingwistikament imħallta (il-missier jitkellem L1, l-omm titkellem L2), u fl-ambjent jitkellmu L1 jew L2;
  • Il-familja tkun lingwistikament imħallta (il-missier jitkellem L1, l-omm titkellem L2), u fl-ambjent jitkellmu lingwa differenti L3.

Riehl jispjega l-prinċipju ta' "persuna waħda, lingwa waħda" fil-familji ta' lingwi mħallta. Hawn kull ġenitur ikellem it-tfal bil-lingwa nattiva tiegħu u hekk il-lingwa tkun marbuta ma' persuna speċifika. It-tfal jiddistingwu bejn il-lingwa tal-missier u l-lingwa tal-omm fil-bini tal-lessiku multilingwi. Dan isir diffiċli jekk wieħed mis-sieħba jkun jaf lingwa waħda biss, u għalhekk jitħalla barra mill-konverżazzjoni mas-sieħeb l-ieħor. Meta jintuża dan il-prinċipju ta' "persuna waħda, lingwa waħda", it-tfal jitgħallmu kmieni ħafna jitkellmu b'lingwi differenti. Għat-tfal immigranti li fil-familja jitkellmu lingwa waħda u jitrabbew f'ambjent differenti, importanti ħafna li l-ġenituri jitkellmu l-lingwa tagħhom u ma jħalltux il-lingwi.

Fil-każ tal-akkwist mhux ikkontrollat ​​(naturali) tat-tieni lingwa, it-tfal għandhom żewġ modi biex jitgħallmu l-lingwa ġdida. Min-naħa waħda t-tfal jistgħu jiksbu t-tieni lingwa meta jkunu żgħar fl-istess ħin mal-ewwel lingwa. Din isejħulha "kisba bilingwali tal-ewwel lingwi" (sal-età ta' tliet snin). Min-naħa l-oħra, il-lingwa tista' tinkiseb fi stadju aktar tard, minn tfal ikbar minn tliet snin. Però din l-aħħar possibbiltà ġġib ċertu problemi magħha. Meta meta wieħed jitgħallem il-lingwa aktar tard il-ħakma tal-lingwa aċċent ma tantx hu possibbli. Għalhekk f'dan il-każ ngħidu li hemm "perjodu kritiku" għall-akkwist ta' għadd ta' lingwi (Riehl, 2004) .

Il-problema fundamentali[editja]

Għalkemm il-lingwa wieħed jista' jitgħallimha b'immersjoni f'soċjetà b'lingwa differenti, l-akkwist tal-lingwa f'dan il-każ normalment isir f'istituzzjonijiet pereżempju l-iskola. L-istess japplika bil-kontra għall-ewwel lingwa: it-tfal tal-immigranti, dawn l-iskola normalment jitgħallmu biss il-lingwa tal-pajjiż ospitanti bħala lingwa miktuba u l-lingwa nattiva spiss tibqa' biss "lingwa tad-dar". Din taffettwa l-għadd kbir ta' migranti fid-dinja. It-tfal jikbru f'pajjiż b'lingwa differenti u jkunu jafu jiktbu b'dik il-lingwa biss. Il-"multilingwiżmu ibbilanċjat" jinkiseb biss meta wieħed jitgħallem jikteb biż-żewġ lingwi, jiġifier jekk it-tfal imorru skola bilingwi jew b'dik li jsejħulha "edukazzjoni immerssiva" (Riehl, 2004). Fil-każ ta' "edukazzjoni immersiva", l-istudenti "jintefgħu f'banju lingwistku" li fih is-suġġetti l-oħra jiġu mgħallma b'lingwi differenti. Dawn il-programmi ta' immersjoni jistgħu jvarjaw ħafna. "(Riehl, 2004).

Il-vantaġġi tal-multilingwiżmu[editja]

It-teoristi jħarsu lejn il-multilingwiżmu minn żewġ perspettivi. Min-naħa tisat' tqisu bħala żvantaġġ għas-soċjetà, u min-naħa l-oħra jipprovdu numru ta' vantaġġi DAR. Hawn niċċaraw il-vantaġġi tal-multilingwiżmu.

Il-ħiela komunikattiva[editja]

Vantaġġ ċar tal-multilingwiżmu hu ż-żieda fil-ħila tal-komunikazzjoni soċjali (Reimann, 2009). L-ewwelnett, dan jippromwovi skambju internazzjonali (Roth, 2006). Nies b'lingwi nattivi differenti u minn pajjiżi differenti xorta jistgħu jifhmu lil xulxin u jikkomunikaw f'ħafna sitwazzjonijiet. Il-faċiltà ta' komunikazzjoni tiżdied huma mhux biss 'il barra imma wkoll 'il ġewwa: F'kumpanija il-possibbiltà ta' ftehim tiġi promossa. Peress li l-komunikazzjoni bejn il-maġġoranza u l-minoranza ssir possibbli, l-interazzjoni ssir ukoll possibbli. B'dan il-mod, l-integrazzjoni tal-minoranzi fil-parteċipazzjoni fil-kumpanija ssir iżjed faċli (Roth, 2006).

Il-lingwi bħala riżorsi lingwistiċi - il-vantaġġi konjittivi[editja]

Il-lingwi li wieħed jitkellem, jistgħu jaqduh b'ħafna modi bħala riżors lingwistiku. It-tfal u ż-żgħażagħ li jitrabbew b'għadd ta' lingwi, jidraw minn kmieni il-kuntrast bejn il-lingwi u hekk jistabbilixxu kuxjenza meta-lingwistika. Dan huwa ta' vantaġġ għalihom meta jiġu biex jitgħallmu lingwi ġodda u minnhom strutturi lingwistiċi ġodda (Roth, 2006).

Kif jispjega Riel (2006), il-vantaġġ tal-multilingwiżmu fit-tagħlim ta' lingwi ġodda mhux qiegħed biss fit-tisfir tal-lingwa, iżda wkoll fl-għarfien metalingwistiku. In-nies multilingwi kif jitgħallmu xi lingwa ġdida mill-ewwel jistgħu jużaw strateġiji lingwistiċi differenti li jieħdu mill-multilingwiżmu tagħhom (bħall-parafrażi u l-code-switching), dawn jiffokaw b'aktar kunfidenza fuq it-testi u jistgħu jagħmlu tfittxija iżjed ristretta għal strutturi u kliem familjari. Jistgħu wkoll jiddeterminaw aħjar il-limiti tal-kliem u jifhmu aħjar ir-regoli grammatiċi, peress li hu aktar probabbli li jagħtu attenzjoni għal dawn l-aspetti min-nies monolingwi (Riel, 2006).

Studji differenti fir-riċerka tal-moħħ (cf. Franceschini, 2001) juru b'mod ċar li l-multilingwiżmu bikri (mill-età ta' sitt snin) juri vantaġġi konsiderevoli fit-tagħlim ta' lingwi ġodda. Il-lingwi l-oħra jistgħu jiġu konnessi mal-oqsma tal-lingwi eżistenti u b'hekk it-tagħlim isir iżjed faċli (Riel, 2006). Fi studji iżjed fil-fond fil-psikolinġwistika sabu li hemm konnessjoni distintiva bejn il-konsapevolezza metalingwistika u t-tagħlim tal-qari. Wieħed minn dawn l-istudji (ara Clyne, 2005) wera li t-tfal multilingwi fil-qari jkunu xi ftit xhur 'il quddiem mit-tfal monolingwi.

Aspett prammatiku tal-lingwa[editja]

Multilingwiżmu ġġib miegħu aktar aspetti prammatiċi lingwistiċi. Il-bilingwiżmu u l-multilingwiżmu jiftħu l-moħħ tal-individwu. Dan jirrigwarda parzjalment il-kapaċità li wieħed jifhem kulturi oħra, iżda wkoll l-opportunitajiet edukattivi oħra. Li wieħed ikun jaf jitkellem u jifhem għadd ta' lingwi, għandu ħafna vantaġġi fil-qasam edukattiv u professjonali (Roth, 2006).

Meta jfisser dan aspett prammatiku tal-lingwa Riel (2006) jitkellem dwar il-"vista differenzjata tad-dinja" tan-nies l-multilinqwi għax dawn jistgħu iħarsu minn "għajnejn lingwi oħra" u hekk jistgħu ikollhom perspettivi oħra u jkunu iżjed flessibbli f'għemilhom.


Id-diffikultajiet tal-multilingwiżmu[editja]

Il-multilingwiżmu li jirriżulta mill-migrazzjoni huwa spiss meqjus bħala żvantaġġ, u fil-letteratura insibu din l-opinjoni dwar id-diffikultajiet tal-multilingwiżmu nsibuha spiss. Stoelting (1980) isostni li l-multilingwiżmu mhuwiex fin-natura tal-bniedem. Aħna organiżmi monolingwi u kontra n-natura tagħna li nitgħallmu u nitkellmu b'aktar minn lingwi waħda (Ostendoerfer, 2009).

Ħela ta' żmien[editja]

Waħda mid-diffikultajiet tal-multilingwiżmu huwa l-mod li jwassal għalih. It-tieni jew it-tielet lingwa jiswewlu ħafna ħin lil min jigħallimhom. Dan jirrappreżenta sforz kbir, li spiss iseħħ akkost ta' attivitajiet oħra u dan jiskuraġġixxi ħafna nies milli jitgħallmu lingwi oħra (Krieger, 2011). Skont il-kuntest li wieħed jagħżel biex jitgħallem, hemm ispejjeż differenti, bħal, fost oħrajn, korsijiet tal-lingwa u kotba biex jgħinu l-proċess tat-tagħlim.

Tnaqqis fis-sens tal-lingwa[editja]

X’inhija l-qagħda ta’ Malta minn dawn l-erba’ aspetti?[editja]

Għandna, qabel xejn, tradizzjoni li issa rabbiet sew l-għeruq ta’ bilingwiżmu minħabba l-użu tal-Ingliż matul il-biċċa l-kbira tas-Seklu XX. Fostna nsibu dawk li huma bilingwi bbilanċjati għaliex jafu sew bl-Ingliż u sew bil-Malti.Imma hawn ukoll x’uħud li l-Ingliż jifhmuh u ma humiex kapaċi jesprimu ruħhom sew fih – dawn, pereżempju, qatt ma jiktbu nota informali u formali bil-Malti, dejjem bl-Ingliż. Hawn ukoll dawk, li għalkemm jifhmu bil-Malti, meta jiġu biex jaqrawh isibuh iebes u lsienhom jixxekkel u jitqal bit-tlaqliq – l-istess ħaġa jiġri fil-każ tal-Ingliż. Il-bilingwali ibbilanċjat x’aktarx li jorbot kull ilsien ma’ skop partikulari – ngħidu aħna, għalliem tal-oqsma tal-għarfien jagħti l-lezzjoni tiegħu bl-Ingliż u jitkellem mal-istudenti tiegħu bl-Ingliż, iżda jitkellem bil-Malti mal-familja. L-Ingliż hawnhekk qiegħed jintrabat ma’ skopijiet ta’ edukazzjoni u l-Malti ma’ skopijiet ta’ ħajja tal-familja. Fl-istess ħin il-bilingwali bbilanċjat x’aktarx li jrabbi attitudni ta’ bilingwiżmu għaliex kapaċi jidentifika ruħu maż-żewġ naħat. Inżommu f’moħħna wkoll illi meta pajjiż ikun uffiċjalment bilingwali ma jfissirx bilfors li kulħadd f’dak il-pajjiż huwa bilingwali.

Fost l-attitudnijiet lejn xi lsien jista’ jkun hemm attitudni strumentali , jiġifieri l-profiċenzja, il-kapaċità, il-ħila f’dak l-ilsien tkun utli bil-bosta għaliex f’dawn il-każijiet l-ilsien huwa biċċa għodda jew mezz ta’ komunikazzjoni. U jista’ jkun hemm ukoll attitudni integrattiva fejn l-aspirazzjonijiet, l-istennijiet, ix-xewqat huma sabiex il-kelliem ikun membru ta’ grup lingwistiku partikulari, jiġifieri jidentifika ruħu ma’dawkli jitkellmu dak l-ilsien, Issa, filwaqt li l-monolingwali jħares lejn l-ilsien waħdani tiegħu bħala strumentali u inttegrattiv, il-bilingwali x’aktarx li jara wieħed mill-ilsna aktar ixaqleb lejn attitudni milli lejn oħra. Bosta mill-professjonisti, mill-impjegati taċ-ċivil, mill-ħaddiema konnessi ma’ negozju u turiżmu, x’aktarx li jqisu ‘l-Ingliż b’attitudni asktar strumentali u ‘l-Malti b’attitudni aktar interattiva – qiegħed nuża aktar għaliex naslu nifhmu li attitudni il-waħda mhux bilfors iġġeneb u teskludi l-oħra; ġeneralment anzi jaħdmu b’mod kumplimentarju, id f’id ma’ xulxin: għalhekk l-identità bilingwali trawwem attitudni integrali lejn iż-żewġ ilsna f’daqqa.

Il-Bilingwiżmu f’Malta tul is-sekli[editja]

L-istorja tixhed li lingwistikament Malta dejjem aġġornat ruħha mal-ħtiġijiet tal-Ewropa tal-Mediterran. Fi-tgerbiba tal-ġrajja ta’ Malta jidher li minn dejjem kien hawn xi element barrani jaħdem fuq il-lingwa tul il-perjodi differenti kollha ħalliet jidħlu bosta żidiet non-Semitiċi meħtieġa għall-komunikazzjoni sempliċi – żidiet li kkontribwew għall-wirt lingwistiku tal-Maltin. Dawn iż-żidiet donnhom jindikaw li fost missirijietna wkoll kin hawn element ta’ bilingwiżmu. Anzi nasa ngħidu li l-bilingwiżmu f’Malta kien minn żmien żemżem għodda qawwija fl-iżvilupp politico-soċjali tan-nazzjon. Mid-dokumenti uffiċjali maħżuna fil-bibjoteka u mid-diversi riċerki li saru sa issa nintebħu li minn dejjem kien hawn l-ilsien uffiċjali li l- ħakkiema ħaddmu fl-amministrazzjoni tal-gżejjer, u magħha wkoll kien hawn l-ilsien tal-poplu, mitkellem u ftit li xejn miktub. Wieħed ukoll irid iżomm f’moħħu li interferenza minn ilsien għal ieħor x’aktarx li tindika użu mħallat u fit-tul tal-ilsien fl-istess sitwazzjoni.

Biblijografija[editja]

  • Roos, P. (2005). Kriterien zur Beschreibung von Mehrsprachigkeit unter besonderer Berücksichtigung des subsaharischen frankophonen Afrika und Niger. Grin Verlag: Norderstedt Germany. ISBN 978-3-638-67687-8
  • Yilmaz, A. (2004). Mehrsprachigkeit in der Schweiz. Gewinn oder Nachteil? http://www.sncweb.ch/migration/themen/mehrsprachigkeit.pdf
  • Albayrak, B. (2007). Mehrsprachigkeit – Definitionen, Typen und wissenschaftliche Fragestellungen. Grin Verlag: Norderstedt Germany. ISBN 978-3-640-19018-8
  • Piersig, S. (2008). Englisch-Spanischer Sprachkontakt in den USA - Spanglish. Grin Verlag: Norderstedt Germany. ISBN 978-3-640-23261-1
  • Müller, N., Kupisch, T., Schmitz, K., & Cantone K. (2001). Einführung in die Mehrsprachigkeitsforschung. Narr Verlag: Tübingen ISBN 978-3-8233-6674-4
  • Riehl, C. (2004). Sprachkontaktforschung .Eine Einführung. Narr, Tübingen.ISBN 3-8233-6013-2
  • Heints, D. Müller, J. & Reiberg, L. (2006). Mehrsprachigkeit macht Schule. Kölner Beiträge zur Sprachdidaktik.: http://www.kompetenzzentrum-sprachfoerderung.de/fileadmin/user_upload/koebes_04_2006.pdf
  • Lehr- und Lernwerkstatt. (2008).Deutsch als Zweitsprache .Spracherwerb, gesteuert, gelenkt http://daz-lernwerkstatt.de/index.php?id=338&type=0&uid=20&cHash=64cbaf3b8c
  • Ribeaud, M. Spracherwerb. Zeitschrift visuell plus. http://www.gebaerden-sprache.ch/index.php?spracherwerb
  • Romaine, S. (1995). Bilingualism (second edition). MPG Books Ltd. Bodmin. Cornwall, ISBN 0-631-19539-4
  • Riehl, C. (2006). Artikel „Die Bedeutung von Mehrsprachigkeit“ aus dem Kompetenzzentrum Sprachförderung - newsletter Januar 2006 (Köln) http://ganztag-blk.de/ganztags-box/cms/upload/sprachfrderung/BS_3/Artikel_Die_Bedeutung_von_Mehrsprachigkeit.pdf
  • Eichinger, L. (1994). Sprachliche Kosten-Nutzen-Rechnung und die Stabilität mehrsprachiger Gemeinschaften. In U. Helfrich & C. Riehl (Hg.) Mehrsprachigkeit in Europa – Hindernis oder Chance? (pp. 31-54). Wilhelmsfeld: Egert Verlag.
  • Krieger, S. (2011). Sprachliche Vielfalt – Vorteile und Nachteile der Mehrsprachigkeit. Norderstedt: Grin Verlag.
  • Ostendoerfer, L. (2009). Die Vor- und Nachteile der frühen Zweisprachigkeit. Norderstedt: Grin Verlag.
  • Reimann, I. (2009). Interkulturelle Mehrsprachigkeit. Norderstedt: Grin Verlag.
  • Riehl, C. (2006). Aspekte der Mehrsprachigkeit: Formen, Vorteile, Bedeutung. In L. Reiberg (Hg.) Mehrsprachigkeit macht Schule, (pp. 15-23). Duisburg: Gilles & Francke Verlag.
  • Roth, H. (2006). Mehrsprachigkeit als Ressource und als Bildungsziel. In L. Reiberg (Hg.) Mehrsprachigkeit macht Schule, (pp. 11-14). Duisburg: Gilles & Francke Verlag.
  • Colin Baker (2007): Zweisprachigkeit zu Hause und in der Schule. Ein Handbuch für Erziehende. Engelschoff: Verlag auf dem Ruffel. ISBN 978-3-933847-11-9.
  • Hadumod Bußmann: Lexikon der Sprachwissenschaft. 4. Auflage, Verlag Kröner, Stuttgart, 2008; ISBN 3-5204-5204-9
  • Jean-Louis Calvet: La guerre des langues et les politiques linguistiques, Payot, Paris, 1987 ISBN 2-228-14200-X
  • S. Chilla, M. Rothweiler, E. Babur, Kindliche Mehrsprachigkeit. Grundlagen-Störungen-Diagnostik, München, Ernst Reinhardt, 2000, ISBN=978-3-497-02165-9
  • Csaba Földes: Interkulturelle Linguistik: Vorüberlegungen zu Konzepten, Problemen und Desiderata. Veszprém: Universitätsverlag/Wien: Ed. Praesens 2003 (Studia Germanica Universitatis Vesprimiensis, Supplement; 1; PDF; 4,0 MB). ISBN 3-7069-0230-3 und ISBN 963-9495-20-4
  • Csaba Földes: Kontaktdeutsch. Zur Theorie eines Varietätentyps unter transkulturellen Bedingungen von Mehrsprachigkeit. Tübingen: Verlag Gunter Narr 2005; ISBN 3-8233-6160-0 (Inhaltsverzeichnis und Volltext; PDF; 2,8 MB)
  • Volker Hinnenkamp: Vom Umgang mit Mehrsprachigkeit, in: APuZ 8/2010, S. 27–32.
  • Sabine Schrader, Christiane Maas(Hrsg.): Viele Sprachen lernen … ein notwendiges Übel? Chancen und Probleme der Mehrsprachigkeit. Leipzig: Leipziger Universitätsvlg. 2002
  • Rita Zellerhoff (2009): Didaktik der Mehrsprachigkeit. Didaktische Konzepte zur Förderung der Mehrsprachigkeit bei Kindern und Jugendlichen, Schulformübergreifende Konzepte unter besonderer Berücksichtigung des Förderschwerpunktes Sprache, Frankfurt/M.: Peter Lang, ISBN 978-3-631-58569-6
  • Sprachenzentrum der Universität und der ETH Zürich, Sabina Schaffner (Hrsg.): Unsere Mehrsprachigkeit, Eine Sammlung von Mehrsprachigkeitsbiografien – Studierende und Mitarbeitende der Universität Zürich und der ETH Zürich erzählen. 1. Auflage, Zürich, vdf Hochschulverlag AG an der ETH Zürich, 2012, ISBN 978-3-7281-3447-9