Mudell standard

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Il-Mudell standard (MS) hu teorija kwantistika tal-kampi (rinormalizzabbli) li tiddeskrivi l-partiċelli elementari kollha magħrufa sallum u tlieta mill-erba' forzi fundamentali magħrufa, jiġifieri l-interazzjoni qawwija, elettromanjetika u dgħajfa (l-aħħar tnejn huma magħqudin flimkien fl-interazzjoni elettrodgħajfa). Il-forza gravitazzjonali hi l-unika interazzjoni magħrufa li mhijiex deskritta mill-Mudell standard. Din it-teorija kwantistika tal-kampi taqbel mal-mekkanika kwantistika kif ukoll mar-relatività ristretta.

Illum, il-previżjonijiet tal-Mudell standard ġew fil-parti l-kbira verifikati sperimentalment bi preċiżjoni għolja ħafna. Madankollu ma jistax jitqies bħala teorija kompluta tal-interazzjonijiet fundamentali. Infatti din it-teorija ma tinkludix il-gravità li għaliha sallum ma teżistix teorija kwantistika koerenti. Barra minn hekk ma tipprevedix, l-eżistenza tal-materija skura li tagħmel parti kbira mill-materija li teżisti fl-univers.

[editja] Storja

Il-formulazzjoni tal-unifikazzjoni tal-interazzjoni elettromanjetika u l-interazzjoni dgħajfa fil-Mudell Standard nafuha lil Steven Weinberg, Abdus Salam u, qabilhom lil Sheldon Glashow . L-ewwel formulazzjoni bbażata fuq il-grupp tal-guage SU(2)xU(1) nafuha lil S. Glashow[1] imma din il-proposta iltaqgħet ma' diffikultajiet li għandom x'jaqsmu mal-introduzzjoni diretta tal-mases tal-bożoni intermedji vetturi.
Wara u indipendentement Weinberg fl-1967[2] u Salam[3] fl-1968 estendewh u komplewh billi integrawh mal-proposta ta' Peter Higgs u oħrajn tal-ksur spontanju tas-simetrija[4][5][6]li biha il-partiċelli kollha deskritti fil-mudell setgħu jingħataw massa.

Wara l-iskoperta fis-CERN tal-eżistenza ta' kurrenti newtrali dgħajfa [7][8][9][10] medjati mill-bożon Z , kif bassar il-Mudell Standard, Weinberg, Glashow u Salam ġew mogħtija l-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1979.

Il-mudell kif kien propost oriġinarjament kien limitat għall-leptoni. Il-quark ġew introdotti aktar tard grazzi għax-xogħol pivotali tal-1970 ta' Glashow istess, John Iliopoulos u Luciano Maiani li introduċew ir-raba' quark, imsejjaħ charm, li kellu l-għan li jegħleb bil-qawwa l-kurrenti u l-bidla fl-istramberija (mekkaniżmu GIM).

[editja] Il-partiċelli elementari fil-Mudell standard

Dijagramma tal-interazzjonijiet bejn il-partiċelli deskritti mill-Mudell Standard

Fil-Mudell standard il-partiċelli fundamentali huma miġbura f'żewġ kategoriji:

Il-materja ordinarja kollha li nosservaw fid-dinja makroskopika hi magħmula minn quarks u leptoni: infatti hi magħmula minn atomi, li huma stess huma komposti minn nukleu u minn għadd ta' elettroni, li huma l-eħfef fost il-leptoni ċċarġjati. In-nukleu stess hu magħmul minn protoni u newtroni, li kull wieħed minnhom hu kompost minn tliet quarks.

Fil-Mudell standard il-fermijoni huma miġbura ġo familji, tlieta għal-leptoni u tlieta għall-quarks. Kull waħda mit-tliet familji ta' leptoni fiha partiċella ċċarġjata (rispettivament elettron muon u taw) u newtrino li jikkorrispondi magħhom. Kull waħda mil-tliet familji ta' quarks fiha quark ta' ċarġ +2/3 u ieħor ta' ċarġ –1/3. L-eħfef quarks huma up (u) u down (d), li magħquda flimkien skont l-iskema uud jiffurmaw il-proton (ta' ċarġ +2/3+2/3–1/3 = +1), u magħqudin skont l-iskema udd jiffurmaw in-newtron (ta' ċarġ +2/3 –1/3 –1/3 = 0).

Il-bożoni tal-gauge li jimmedjaw l-interazzjonijiet huma: il-foton permezz tal- interazzjoni elettromanjetika, iż-żewġ bożoni ċċarġjati W u il-bożon Z permezz tal-interazzjoni dgħajfa u l-gluwoni permezz tal-interazzjoni qawwija.

[editja] Referenzi

  1. ^ S. Glashow, Partial-symmetries of weak interactions, Nucl. Phys., 22, ħarġa 4, 579-588 (1961)
  2. ^ .Weinberg, A Model of Leptons, Phys. Rev.Lett., 19 1264-1266 (1967)
  3. ^ A. Salam, No Svartholm (modifikat minn) Elementary Particle Physics: Relativistic Groups and Analyticity, Stokkolma, Almquvist u Wiksell, 1968. pġ. 367
  4. ^ P. W. Higgs, Broken Symmetries, Massless Particles and Gauge Fields, Phys. Lett., 12, 132 (1964),
  5. ^ P. W. Higgs, Broken Symmetries and the Masses of Gauge Bosons, Phys. Rev. Lett., 13 508 (1964), paġni 321–323
  6. ^ Peter Higgs, the man behind the boson
  7. ^ F. J. Hasert et al., Search for elastic muon-neutrino electron scattering, Phys. Lett., 46B. pag. 121 (1973).
  8. ^ F. J. Hasert et al., , Phys. Lett., 46B,pag. 138, (1973).
  9. ^ F. J. Hasert et al., Observation of neutrino-like interactions without muon or electron in the Gargamelle neutrino experiment, Nucl. Phys., B73, pag. 1, (1974).
  10. ^ D. Haidt The discovery of the weak neutral currents, 2004, dal CERN courier
Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn