Morena Camilleri

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Morena Camilleri
Ħajja
Isem propju Margerita Camilleri Fenech
Twelid Sannatu Malta, 7 Marzu 1984, Marzu 1984 (40 sena)
Nazzjonalità Malta
L-ewwel lingwa Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
mużiċist
Psewdonomu Morena
Moviment artistiku mużika pop
Strument/i tal-mużika vuċi

Morena, imwielda bħala Margerita Camilleri Fenech (twieldet fis-7 ta' Marzu 1984) hija kantanta Maltija.[1]

Eurovision[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2006, Morena daħlet fil-kompetizzjoni tal-Kanzunetta Maltija għall-Ewropa flimkien ma' Paul Giordimaina bil-kanzunetta "Time". Huma spiċċaw fid-9 post b'total ta' 3046 vot.

Sentejn wara, Morena reġgħet ipparteċipat, din id-darba b'żewġ kanzunetti, "Casanova" u "Vodka". It-tnejn li huma avvanzaw mis-semifinali għall-finali. "Casanova" spiċċat fil-5 post bi 3607 voti u 40 vot tal-ġurija, waqt li "Vodka" rebħet il-festival b'49 punt mill-ġurija u 16,979 vot mill-pubbliku (33% tal-voti kollha).[2]

Morena ħadet sehem fit-tieni semifinali tal-Festival tal-Eurovision 2008 li sar f'Belgrad, fit-22 ta' Mejju. Madanakollu, Morena naqset li tagħmilha sal-finali meta kklassifikat fl-erbatax-il post bi 38 punt. Wara l-avvenutra ġdida fil-Eurovision, Morena reġgħet iffurmat il-grupp li preċedentament kienet tagħmel parti minnu, u flimkien qed jaħdmu fuq l-ewwel album.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ manicmalta.com, ed. (2008-02-16). "Morena Vodka. The full picture!" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-06-09. Miġbur 2008-06-10.
  2. ^ "The dark one relishes the limelight" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2008-01-30.
Predeċessur
Olivia Lewis
Malta fil-Festival tal-Eurovision
2008

Suċċessur
Chiara