Michael Falzon

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Michael Falzon
Michael Falzon.jpg
Kariga: Membru Parlamentari f'isem l-MLP
Perjodu fil-Kariga: 2003 -
Data tat-Twelid: 16 ta' Novembru, 1961
Post tat-Twelid: Tas-Sliema
Partit Politiku: Malta Labour Party
Sit Eletroniku: www.falzonmichael.com

Michael Falzon (twieled fis- 16 ta' Novembru 1961 f' Tas-Sliema, Malta) huwa Deputat fil-Parlament Malti kif ukoll, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tal-Malta Labour Party (MLP). Michael ikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali ta' Marzu 2008 fuq il-lista tal-MLP fuq it-Tieni distrett elettorali ta' Malta (il-Birgu, l-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, il-Kalkara u x-Xgħajra) u l-Għaxar distrett (il-Gżira, Pembroke, Tas-Sliema u San Ġiljan). Huwa kien elett miż-żewġ distretti.

Werrej

[editja] Ħidma Politika

L-Avukat Michael Falzon, ilu jaħdem fil-Partit fuq bażi ċentrali sa mill-1992. Wara li kien ta sehemu fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Frar 1992, huwa waqqaf u mexxa b’mod mill-aktar professjonali l-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista għal ħdax-il sena sħaħ u fil-fatt, baqa’ jżomm il-kariga ta’ Election Manager sa l-2003.

Kien ukoll Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista mis-sena 1998 sas-sena 2003. Bħala Segretarju Internazzjonali huwa ta sehemu sabiex il-Partit Laburista kompla jsaħħaħ ir-rabtiet internazzjonali tiegħu.

Tul il-karriera politika tiegħu, Michael Falzon attenda għadd ta’ konferenzi u kellu laqgħat ma’ politiċi ewlenin barranin, barra minn Malta. Ewlenin fosthom, ma’ l-ex Prim Ministru Ingliż Tony Blair, ma’ Massimo D’Alema, ex Prim Ministru ta’ l-Italja, mal-President tal-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej fil-Parlament Ewropew Martin Schulz, u oħrajn.

Dr Falzon ġie elett bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, f’Mejju 2003, kariga li żamm sa Ġunju 2008.

Michael ikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali għall-ewwel darba f’Marzu 2008. 3,047 u 2,853 kostitwenti mit-Tieni u l-Għaxar distrett elettorali għoġobhom jagħtuħ l-ewwel għażla. B’hekk, flimkien mat-tim Laburista, Michael se jkun Deputat tal-Parlament Malti.

  • Responsibilitajiet fi ħdan il-Partit Laburista
    • Deputat tal-Parlament Malti (2008 - )
    • Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit (2003-2008)
    • Segretarju Internazzjonali (1998-2003)
    • Election Manager (1993-2003)

[editja] Familja

Huwa twieled f’familja tal-ħaddiema fis-16 ta’ Novembru 1961, iben Mosè u Carmela nee Said. Fi tfulitu kien iqatta’ ħafna mill-ħin tiegħu jaqra fil-ħanut tal-grocer ta’ missieru. Huwa miżżewweġ lil Anna u għandu żewġt itfal: Martina u Nathaniel.

[editja] Edukazzjoni

L-ewwel snin ta’ l-iskola għaddiehom fil-Kulleġġ San Albert il-Kbir, f’Tas-Sliema u fil-Belt; waqt li wara kompla jistudja s-Sixth Form, il-Belt Valletta. Daħal jaħdem mal-Bank of Valletta fl-1979, bħala Skrivan. Minn dejjem wera x-xewqa li jaqbad il-karriera ta’ Avukat u fl-1985 beda jistudja l-Liġi fl-Università ta’ Malta, minn fejn gradwa bħala Nutar fl-1989 u bħala Avukat fl-1991.

Bħala impjegat ta’ l-istess Bank kompla jistudja u kiseb ukoll iċ-ċertifikat ACIBAssociate of the Chartered Institute of Bankers. Baqa’ dejjem jaħdem ma’ l-istess Bank u llum jokkupa l-kariga ta’ Executive Head fl-Uffiċċju Legali ta’ l-istess Bank of Valletta.

[editja] Passatempi

Iħobb ħafna l-qari u hu dilettant kbir tal-festi Maltin, filwaqt li għandu għal qalbu wkoll dak kollu li hu Malti.

[editja] Referenzi

[editja] Ħoloq oħra

F'lingwi oħrajn