Michael Falzon

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Michael Falzon
Minister for Social Justice and Solidarity, the Family and Children's Rights (en) Translate

15 Jannar 2020 -
Membru sostitut tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa

22 April 2013 - 22 Ġunju 2014
membru tat-13-il Kamra tar-Rappreżentanti ta’ Malta


District: 10 Distrett
Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

Ħajja
Twelid Tas-Sliema, 16 Novembru 1961 (62 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Michael Falzon (16 ta' Novembru 1961, Tas-Sliema, Malta) huwa l-Ministru tal-Familja u Drittijiet tat-Tfal u Deputat Laburista fil-Parlament Malti. Kien Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni tad-Data, u qabel kien ukoll Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tal-Partit Laburista (PL).

Bin Mosè u Carmela mwielda Said. Fi tfulitu kien iqatta’ ħafna mill-ħin tiegħu jaqra fil-ħanut tal-merċa ta’ missieru.

Edukazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel snin tal-iskola għaddihom fil-Kulleġġ San Albert il-Kbir, f’Tas-Sliema u fil-Belt; filwaqt li wara kompla jistudja s-Sixth Form, il-Belt Valletta. Daħal jaħdem mal-Bank of Valletta fl-1979, bħala skrivan. Minn dejjem wera x-xewqa li jaqbad il-karriera ta’ avukat u fl-1985 beda jistudja l-liġi fl-Università ta’ Malta, minn fejn iggradwa bħala nutar fl-1989 u bħala avukat fl-1991.

Bħala impjegat tal-istess Bank kompla jistudja u kiseb ukoll iċ-ċertifikat ACIBAssociate of the Chartered Institute of Bankers. Baqa’ dejjem jaħdem mal-istess Bank u llum jokkupa l-kariga ta’ Executive Head fl-Uffiċċju Legali tal-istess Bank of Valletta.

  • 1991: Avukat, Università ta' Malta
  • Associate of Chartered Institute of Bankers (UK)

Politika[immodifika | immodifika s-sors]

L-Avukat Michael Falzon, ilu jaħdem fil-Partit fuq bażi ċentrali sa mill-1992. Wara li kien ta sehmu fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Frar 1992, huwa waqqaf u mexxa b’mod professjonali l-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista għal ħdax-il sena sħaħ u fil-fatt, baqa’ jżomm il-kariga ta’ Election Manager sal-2003.

Kien ukoll Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista mill-1998 sal-2003. Bħala Segretarju Internazzjonali huwa ta sehmu sabiex il-Partit Laburista kompla jsaħħaħ ir-rabtiet internazzjonali tiegħu.

Tul il-karriera politika tiegħu, Michael Falzon attenda għadd ta’ konferenzi u kellu laqgħat ma’ politiċi ewlenin barranin, barra minn Malta. Ewlenin fosthom, mal-eks Prim Ministru tar-Renju Unit Tony Blair, ma’ Massimo D’Alema, eks Prim Ministru tal-Italja, mal-President tal-Grupp tas-Soċjalisti Ewropej fil-Parlament Ewropew Martin Schulz, u oħrajn.

Dr Falzon ġie elett bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, f’Mejju 2003, kariga li żamm sa Ġunju 2008.

Michael ikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali għall-ewwel darba f’Marzu 2008 u tela' minn żewġ distretti.

Wara l-Elezzjoni tal-2013, huwa nħatar Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni tad-Data imma rriżenja minn din il-kariga f'Jannar 2016, għalkemm baqa' Deputat Parlamentari attiv fil-Partit Laburista. Fl-2017, inħatar Ministru tal-Familja u Drittijiet tat-Tfal.

Ħajja Personali[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa miżżewweġ lil Anna u għandu żewġt itfal: Martina u Nathaniel. Iħobb ħafna l-qari u hu dilettant kbir tal-festi Maltin, filwaqt li għandu għal qalbu wkoll dak kollu li hu Malti.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]