Massimo Oddo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Massimo Oddo
Massimo Oddo.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Massimo Oddo
Twelid 14 ta' Ġunju 1976 (1976-06-14) (36 sena)
Pescara
Pajjiż Bandiera tal-Italja Italja
Tul 1.82 m
Rwol Difensur lemini
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Milan
Numru 44
Klabbs ġovanili
1992–1993 Renato Curi Angolana
1993–1995 Milan
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
1995–1999 Milan 0 (0)
1995–1996 Fiorenzuola (self) 19 (0)
1996 Monza (self) 4 (0)
1996–1997 Prato (self) 16 (0)
1997–1998 Lecco (self) 20 (1)
1998–1999 Monza (self) 30 (4)
1999–2000 Napoli 37 (1)
2000–2002 Verona 64 (9)
2002–2007 Lazio 135 (17)
2007– Milan 46 (2)
2008–2009 Bayern Munich (self) 18 (0)
Tim nazzjonali
2002–2008 Italja 34 (1)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 10:15, 26 Settembru 2010 (UTC)

Massimo Oddo (Pescara, 14 ta' Ġunju 1976) huwa plejer tal-futbol Taljan li jilgħab mat-tim ta' Milan fl-irwol ta' difensur lemini. Mat-tim nazzjonali hu rnexxielu jirbaħ it-Tazza tad-Dinja.

Werrej

Karriera [editja]

Klabb [editja]

Massimo Oddo beda l-futbol professjonali mat-tim tas-Serie C1 Fiorenzuola, biex fis-snin ta' wara, dejjem fl-istess serje, lagħab ma' Monza, Prato u Lecco.

Id-debutt fis-Serie B wasal flimkien mat-tim ta' Monza, u ma' Verona lagħab l-ewwel żewġ kampjonati fis-Serie A. Wara ngħaqad mal-Lazio u hemmhekk hu sar kaptan tal-iskwadra u kien f'dan iż-żmien li ntgħażel għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali tal-Italja fil-partita kontra s-Slovenja li kienet spiċċat f'telfa ta' 1–0 għat-Taljani.

F'Jannar tal-2007 ġie akkwistat mill-Milan għas-somma ta' 7.75 miljun flimkien mat-trasferiment permanenti ta' Pasquale Foggia li kien diġà jinsab f'self mat-tim Lazjali. L-ewwel logħba mar-Rossoneri wasal kontra t-tim ta' Parma fit-28 ta' Jannar 2007 fir-rebħa ta' 1–0, u skorja l-ewwel gowl mat-tim kontra Chievo fir-rebħa ta' 3–1. Oddo kien parti mit-tim Minalista li rebaħ ċ-Champions League f'rebħa ta' 2–1 fuq Liverpool, u kif ukoll is-Supercup Ewropea tat-tim f'Awwissu meta rebħu lit-tim ta' Sevilla.

Nhar it-28 ta' Awwissu 2008, Oddo ġie msellef għal sena lit-tim tal-Bundesliga Bayern Munich b'għażla li jiġi mixtri b'mod definittiv fl-aħħar tal-istaġun, għażla li ma ttieħditx mill-klabb Bavarjan.

Internazzjonali [editja]

Oddo għamel id-debutt tiegħu mat-tim nazzjonali Taljan fl-2002. Hu beda mal-ewwel ħdax fl-ewwel seba' partiti tal-logħob ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 2004. Matul il-kompetizzjoni fil-Portugall, huwa daħal bħala sostitut f'partita waħda kontra l-Bulgarija, u assista l-gowl li għen lill-Italja biex jirbħu l-logħba. Oddo kien parti mit-tim rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2006. Huwa lagħab biss 23 minuta mill-partita kontra l-Ukrajna.

Oddo skorja l-ewwel gowl internazzjonali għall-Italja minn penalty fil-partita ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 fis-7 ta' Ottubru 2006 kontra l-Ukrajna.

Unuri [editja]

Klabb [editja]

Italja SS Lazio

Italja AC Milan

Nazzjonal [editja]

Ħoloq esterni [editja]