Marvin Compper

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Marvin Compper
Informazzjoni personali
Isem sħiħMarvin Compper 5.jpg
Twelid14 ta' Ġunju 1985 (1985-06-14) (38 sena)
TübingenĠermanja
Tul1.85
RwolDifensur
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2007Borussia Mönchengladbach II
2005–2008Borussia Mönchengladbach
2008–20131899 Hoffenheim
2013–2014Fiorentina
2014–2017RB Leipzig
2015–2016RB Leipzig II
2018–2019Celtic
2019–2020MSV Duisburg
Tim nazzjonali
2005Ġermanja U-20
2008Ġermanja

Marvin Compper (Tübingen, 14 ta' Ġunju 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Ġermaniż li kien jilgħab bħala difensur. Missieru twieled ġewwa l-Gwadelup.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Matul l-istaġun 2002–03, id-difensur ingħaqad mill-akkademja ta' VfB Stuttgart għall-iskwadra tad-dilettanti ta' Borussia Mönchengladbach. Fl-2005, huwa iffirma kuntratt professjonali, u mill-ħarifa tal-2006 sar figura regulari tad-difiża tal-ewwel tim, grazzi wkoll għall-problemi fiżiċi li ħarrbtu lil Filip Daems u d-difensur nazzjonali Marcell Jansen.

Wara li fl-ewwel nofs tal-istaġun 2007–08, Compper lagħab tliet logħbiet biss għal Borussia Mönchengladbach, f'Jannar tal-2008 hu ngħaqad ma' 1899 Hoffenheim. Wara ħames snin mal-klabb Ġermaniż, Compper issieħeb ma' Fiorentina f'Jannar tal-2013.[1]

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa rċieva l-ewwel dehra internazzjonali tiegħu għall-Ġermanja fid-19 ta' Novembru 2008, f'logħba kontra l-Ingilterra.[2] Din id-dehra għamlithu l-ewwel plejer internazzjonali ta' 1899 Hoffenheim.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Compper: Florenz statt Hoffenheim". kicker.de (bil-Ġermaniż). 2013-01-25. Miġbur 2013-01-25.
  2. ^ "Deutschland - England". kicker.de (bil-Ġermaniż). 2008-08-13. Miġbur 2008-12-30.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]