Martín Cáceres

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Martín Cáceres
Informazzjoni personali
Isem sħiħ José Martín Cáceres
Twelid 7 ta' April 1987 (1987-04-07) (25 sena)
Montevideo
Pajjiż Bandiera tal-Urugwaj Urugwaj
Tul 1.82 m
Rwol Difensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Sevilla
Numru 4
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
2006–2007 Defensor Sporting 26 (4)
2007 Villarreal 0 (0)
2007–2008 Recreativo Huelva (self) 34 (2)
2008– Barcelona 13 (0)
2009–2010 Juventus (self) 15 (1)
2010– Sevilla (self) 11 (1)
Tim nazzjonali
2008– Urugwaj 19 (0)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 19:32, 14 Frar 2011 (UTC)

José Martín Cáceres (Montevideo, 7 ta' April 1987) huwa plejer tal-futbol Urugwajan li jilgħab mal-klabb ta' Sevilla fil-pożizzjoni ta' difensur ċentrali.

Werrej

[editja] Karriera

Cáceres beda l-karriera ġewwa l-Urugwaj ma' Defensor Sporting, u f'età żagħżugħa sar plejer regulari mal-ewwel tim. F'total ta' 26 apparenza hu sab ix-xibka 4 darbiet. Fi Frar tal-2007, Cáceres iffirma kuntratt ta' ħames snin mat-tim ta' Villarreal CF ta' Spanja mit-tim ta' Defensor għal ċifra ta' miljun ewro.

Fl-istaġun 2007–08 ġie msellef lit-tim ta' Recreativo, fejn lagħab rwol importanti mat-tim Andalusjan. Fid-9 ta' Jannar, 2008, Cáceres skorja gowl vitali kontra Villareal, l-istess tim li kellu d-drittijiet tiegħu, fit-Tazza Spanjola, liema partita Recreativo ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 1–0.

Cáceres ingħaqad ma' Barcelona fis-sajf tal-2008, għas-somma ta' €16.5 miljun. Klawżola ta' €50 miljun ġiet inkluża fil-qbil li sar, b'kuntratt li jibqa' sejjer sal-istaġun 2012.[1] Matul l-ewwel staġun tiegħu mal-klabb Katalan, Cáceres sab ftit opportunitajiet mal-ewwel tim. Madanakollu, f'dan l-ewwel staġun tiegħu hu rnexxielu jirbaħ tliet trofej: it-Tazza tar-Re, il-UEFA Champions League u l-La Liga, biex kompla t-Tripletta għal Barcelona.

Nhar it-30 ta' Lulju, 2009, kien ġie rappurtat li Cáceres kien kompla t-testijiet mediċi bil-ħsieb li jingħaqad ma' Juventus. Nhar is-6 ta' Awwissu, Barcelona ikkonfermaw li huma kienu selfuh għal staġun sħiħ bl-għażla li l-klabb Taljan jixtrieh għal €11-miljun fi tmiem l-istaġun. Fit-12 ta' Settembru 2009, Cáceres skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-Juventus fid-debutt tiegħu fis-Serie A kontra SS Lazio.

Fis-27 ta' Awwissu, 2009, Caceres issieħeb għal staġun ma' Sevilla, bl-għażla li jixtruh fl-aħħar tal-istaġun għal somma ta' €5 miljun.

[editja] Statistika

Korretti sat-18 ta' Jannar 2011.[2]
Klabb Staġun Kampjonat Tazza Ewropa Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Defensor 2006–07 26 4 0 0 0 0 26 4
Villarreal 2006–07 0 0 0 0 0 0 0 0
Recreativo (self) 2006–07 34 2 34 2
Barcelona 2008–09 13 0 7 0 3 0 23 0
Juventus (self) 2009–10 15 1 1 0 5 0 21 1
Sevilla (self) 2010–11 14 1 2 0 6 0 22 1
Total tal-karriera 102 8 10 0 14 0 126 8

[editja] Referenzi

  1. ^ (Ingliż) Agreement for Cáceres with Villarreal. FCBarcelona.cat
  2. ^ (Ingliż) Martín Cáceres. Soccernet. Aċċess tal-URL: 16-03-2009.

[editja] Ħoloq esterni

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn