Mario De Marco

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mario De Marco
Membru tal-Parlament Ewropew

1 Mejju 2004 - 19 Lulju 2004
District: Malta
membru tat-13-il Kamra tar-Rappreżentanti ta’ Malta


District: District 1 (en) Translate
Election: Elezzjonijiet Ġenerali 2017
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

Ħajja
Twelid Malta, 18 Ottubru 1965 (58 sena)
Nazzjonalità Malta
Familja
Missier Guido de Marco
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Kulleġġ ta' San Alwiġi
Trinity Hall (en) Translate
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
avukat
Post tax-xogħol Strasburgu
Brussell
Valletta

Mario de Marco (twieled fit-18 ta' Ottubru 1965) huwa politiku u avukat Malti li attwalment iservi bħala Membru Parlamentari f'isem il-Partit Nazzjonalista. Hu hu t-tifel tal-eks-President u eks-Viċi-Prim Ministru Guido de Marco, u hu serva wkoll f'bosta rwoli fosthom bħala Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Parlament.

Liġi[immodifika | immodifika s-sors]

De Marco studja fil-Kulleġġ San Alwiġi u ggradwa fil-liġi mill-Università ta' Malta fl-1998. Hu kompla l-istudji tiegħu meta għamel Masters fil-liġi kummerċjali fl-Università ta' Cambridge fejn kien ġie nominat bħala Commonwealth Scholar for Academic Achievement. Minbarra dan huwa speċjalizza fl-istudji dwar id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Huwa wkoll lettur tal-liġi kummerċjali fl-Università ta' Malta, b'enfasi speċjali fuq il-liġi internazzjonali tan-negozju.[1]

Mario de Marco ħadem bħala konsulent legali b'mod partikolari fuq liġi li tikkonċerna il-kummerċ internazzjonali.

Politika[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa daħal fil-politika bħala President tal-Kumitat Sezzjonali tal-Ħamrun u kien rappreżentant tal-ewwel distrett fuq il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Ikkontesta l-elezzjoni għall-ewwel darba b'suċċess fl-2003, u kien elett mill-ġdid fl-elezzjonijiet tal-2008 u l-2013.

Bħala deputat Nazzjonalista, fl-ewwel leġislatura tiegħu fil-Parlament kien appuntant bħala viċi-ċermen tal-Kumitat Parlamentari tax-Xogħol tal-Kamra u serva wkoll fuq il-Kumitat parlamentari tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi.

Wara l-elezzjoni ġenerali tal-2008, Lawrence Gonzi ħatar lil Mario de Marco Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u fl-2012 de Marco sar Ministru responsabbli mit-Turiżmu, l-Kultura u l-Ambjent.

Viċi Kap tal-Partit[immodifika | immodifika s-sors]

Wara l-Elezzjonijiet Ġenerali tal-2013, huwa sar il-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Ekonomija, l-Investiment u n-Negożji ż-Żgħar. Nhar it-8 ta' Mejju huwa kkontesta l-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista iżda ma kienx elett għalkemm kien it-tieni l-aktar li ġab voti mill-kunsilliera tal-Partit bi 38.5% wara Simon Busuttil li ġab 50.3%.

Nhar il-25 ta' Mejju huwa kien ikkonfermat Viċi-Kap tal-Affarijiet tal-Parlament. Hu ma kienx ikkontestat u kiseb 96% tal-voti tal-kunsilliera (840). Nhar il-5 ta' Ġunju 2017, Simon Busuttil ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Kap tal-Partit Nazzjonalista flimkien ma' Mario De Marco u Beppe Fenech Adami li rriżenjaw minn Viċi-Kapijiet.

Ħajja personali[immodifika | immodifika s-sors]

Mario de Marco hu miżżewweġ lil Sharon u flimkien għandhom żewġ subien, Andrea De Marco u Luca De Marco.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Dr Mario De Marco" (bl-Ingliż). L-Università ta' Malta.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]