Mario Azzopardi
|
|
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Mario Azzopardi huwa poeta, direttur teatrali u kritiku ta' l-arti, imwieled il-Ħamrun f'familja tal-hadiema, l-ewwel wiehed minn sitt ulied, fil-11 ta' Settembru 1944. Kellu trobbija religjuza rigida li f'zghozitu rreagixxa kontrieha kif jixhdu hafna poeziji u kitbiet ohra tieghu. Studja fil-Liceo, fil-Kullegg tal-Ghalliema u fl-Universita' ta' Malta, mnejn iggradwa (M.Phil.) b'tezi dwar it-Teatru Komunitarju. Ghallem l-arti, id-drama edukattiva u l-letteratura Maltija ghal bosta snin fl-iskejjel statali u hadem fil-Policy Unit tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura bejn l-1998-2004, meta rtira mis-servizz pubbliku izda xorta ntalab ikompli jmexxi c-Centru tad-Drama ta' Malta.
Huwa kittieb prolifiku u versatili, u aktarx hu l-aktar poeta Malti li esperimenta bi stili differenti, mill-vers "grafiku" sal-"poesej". Sa mill-1967 ilu attiv ukoll bhala gurnalista kulturali u hadem bhala artikolista ma' l-orizzont, The Malta Economist, The Bullettin, The Malta Independent, In-Nazzjon u Il-Mument. Kien ukoll l-editur tar-rivista letterarja xellugija Neo u tas-supplimenti kulturali Spektrum u Fokus li kienu ppubblikati mal-gazzetta Il-Mument. Bhala regista dderiega x-xoghol ta' awturi klassici u kontemporanji ghat-televzijoni u fl-1992 kien holoq u pprezenta l-ewwel programm satiriku li qatt ixxandar fuq stazzjon tar-radju u li kien holoq reazzjonijiet imhalltin, l-aktyar minhabba li mess temi "devozzjonali", meqjusin bhala intokkabbli fil-media radjufonika.
Azzopardi kien wiehed mill-pijunieri tal-letteratura New Wave li tfaccat f'Malta fis-snin Sittin, kif ukoll wiehed mill-fundaturi tal-Moviment Qawmien Letterarju, li kien twaqqaf fl-1967, sewwasew biex jikkonfronta 'l-istagnar fil-letteratura Maltija ta' dik l-epoka u biex jiddemokratizza l-letteratura billi jehodha ghand il-poplu fl-imsierah, fit-triqat, f'ambjenti rurali u f'xatt il-bahar.
Werrej |
[editja] Kitba poetika
L-ewwel kitbiet ta' Azzopardi dehru f'antoloġiji ma' poeti oħra. Dawn kienu Antenni (1968); Analiżi `70 (1970); Mas-Sejħa tat-Tnabar (1971) u Dwal fil-Persjani (1972). Sa mill-bidunett deher illi kien qed jisfida l-istatus quo letterarju, imxekkel kif kien b'forom u kontenut sorpassati. Azzopardi, flimkien ma' ohrajn, introduca forom sperimentali, inkluz il-vers projettiv u ttratta temi li li sa dak iz-zmien kienu "ipprojbiti", fosthom is-sesswalita', l-ipokresija religjuza u l-pretensjoni parijottika.
Hafna mill-poezija tieghu hi bbazata fuq episodji biografici u tiehu ton konfessjonali li jitfa' dawl fuq l-indottrinazzjoni religjuza fi tfulitu; id-diffikultajiet kostanti fir-relazzjonijiet ma' nisa diversi li dahlu f'hajtu; l-anjosticizmu religjuz tieghu bhala adult u l-esperjenza tal-hafna vjaggi li ghamel mhux bhala turist, imma bhala pellegrin fittiex. Aspett iehor centrali fil-poezija tieghu ghandu x'jaqsam ma' l-ientifikazzjoni ma' nies li jbatu, kienu min kienu u ghexu fejn ghexu. It-timbri poetici l-aktar pronunzjati fil-poezija tieghu huma l-ironija, l-introspezzjoni, il-protesta, l-ambigwita', l-awto-definizzjoni, id-drammaticita' barokka, l-effett ta' dettalji istantanji, metaforizzazzjoni originali, evokazzjoni grafika, is-sens ta' telfa u d-deformazzjoni grotteska.
Fost ix-xogħlijiet tiegħu nsibu l-kotba Demgħat tas-Silġ (1976), Passiflora (1977), Tabernakli (1979), Monokordi (1984). Noti mis-Sanatorju tal-Mistiċi (1995) u Skizzi tal-Karnival (2010). Fl-1995 huwa ġabar, flimkien ma' Oliver Friġġieri, għadd ġmielhu ta' poeżiji u novelli b'temi ambjentali fil-ktieb L-Antoloġija tan-Natura, mitbugħ mis-Segretarjat Għall-Ambjent. Wiehed mill-ahhar kotba ppubblikati ta' Azopardi deher fl-2007, meta hareg Alicia Titkellem mill-Imwiet (Merlin Library). Din hi antologija ta' stejjer b'kontenut socjali indirizzata direttament liz-zghazagh u tinkludi temi bhall-pedofelija, il-manipulazzjoni ta' l-adolexxenti bil-media, l-aljenazzjoni, it-traffikar tad-droga, ir-razzizmu u l-pregudizzju, fost l-ohrajn. Il-ktieb rebah premju nazzjonali ghal-letteratura tal-adolexxenti.
It-tieni ktieb fuq temi simili, L-Ahhar Greanet ta' Ciorni (pubblikazzjoni ohra tal-Merlin, 2009) rega' rebah il-premju nazzjonali ghall-kitba ghall-adolexxenti, filwaqt li s-sena ta' wara, Azzopardi ghaqqad trilogija ta' volumi b'narrattiva ghaz-zghazagh meta ppubblika Vampir (Horizons). Dan il-krieb holoq kontroversja qalila minhabba li t-Taqsima tal-Libreriji ghall-Iskejjel imblukkatu mill-iskejjel sekondarji. Kien hemm bosta protesti min-naha tal-media u l-Ministeru tal-Edukazzjoni hatar kummissjoni apposta biex tistharreg il-kaz u tara jekk Vampir huwiex adattat ghall-iskejjel. Il-kummissjoni harget b'verdett pozittiv anzi, qalet li kotba bhal dawk ta' Azzopardi huma necessarji biex jimmaturaw lill-istudenti. Il-ktieb kien irrakkomandat ghall-klassijiet il-kbar tas-sekonsarji, jigifieri daw tar-raba' u l-hames sena.
Fl-2010 Mario Azzopardi hareg ktieb ta' poesaggi, terminu li fil-letteratura lokali kien ghadu qatt ma ntuza. Dan il-ktieb, Skizzi tal-Karnival, introdott mill-professur Charles Briffa u b'epilogu tal-professur Oliver Friggieri, kien ippubblikat minn Horizons u nghata pubblicita' tajba fil-gazzetti u l-mezzi awdjo-vizivi. Azzopardi johloq sensiela ta' esejs poetici li bosta minnhom ghandhom laqta' parodika jew grotteska. Izda hemm ukoll bcejjec fejn il-poezija tiddomina fuq kollox. Aspetti ohra interessanti jixhdu r-rabta li Azzopardi dejjem kellu mal-mottiv teatriku.
[editja] Kitba kritika
Huwa ppubblika wkoll sensiela ta' noti kritici fuq ix-xoghlijiet ta' drammaturgi importanti Maltin, fosthom Guze' Diacono, Francis Ebejer u Alfred Sant. Xandar ukoll studju kontroversjali fuq il-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila, permezz tal-ktieb maħruġ mill-P.E.G. fl-1993 - Bejn il-Vatikan, id-Duċe u l-Kuruna.
Azzopardi jattakka l-pozizzjoni placida tal-poeta nazzjonali quddiem avvenimenti storici krucjali, fosthom it-theddida tal-faxxizmu f'Malta tas-snin Tletin, kif ukoll l-implikazzjonijiet socjo-politici kollha tal-kolonjalizmu, fejn il-qassis-poeta wera dejjem sottomissjoni inkopndizzjonata lejn l-awtoritajioet Britannici. L-istoriku Frans Ciappara jara f'dan ix-xoghol estensjoni tal-qaghda ta' Azzopardi bhala anti-konvenzjonalista ewlieni. Ciappara jqis li Azzopardi qed igieghel lill-qarrejja jirridimensjonaw lil Dun Karm u jaraw jekk kienx konxju tal-qaghda socjali tal-Maltin fi zmienu: ghaliex it-temi li harbtu ruh awturi kontemporanji bhal John Marks, Manwel Dimech u Juan Mamo ma hallew l-ebda marka fuq ruh il-poeta-sacerdot, li baqa' sieket quddiem tant mizerja?
Min-naha l-ohra, il-kritiku Adrian Stivala jghid li Azzopardi, b'reqqa ta' tiftix u dokumentazzjoni, jikkonfronta lil Dun karm ma' kurrenti socjo-letterarji ta' zmienu stess u johrog xbiha ta' poeta-qassis li kien iqis l-awtorita u l-poter bi skala vertikali, fejn l-ubbidjenza tal-kotra hi indispensabbli biex il-ftit ikollhom id-dritt li jiddeciedu d-destin tas-socjeta' Maltija.
Għalkemm dan il-ktieb ma wasalx daqstant f'idejn il-qarrejja daqskemm appikk xtaq l-awtur innifsu, madanakollu fetaħ diskussjoni fuq perspettivi ġodda ta' kif il-Maltin għandhom iqisu lill-poeta nazzjonali tagħhom. Ciappara jzid li Azzopardi gieghel lill-istorici u lill-istudjuzi tal-letteratura Maltija jirridimensjonaw lil Dun Karm, il-poeta sacerdot li baqa' konxju dwar il-qaghda socjali mizeri tal-kotra tal-Maltin ta' zmienu. Azzopardi jistaqsi wkoll jekk il-poeta nazzjonali qattx kellu vizjoni ta' Malta indipendenti jew jekk il-pozizzjoni kompjacenti tieghu kinetx wahda politikament komda, filwaqt li qaghad attent li ma jwassalhiex lejn il-periklu. Filwaqt li jsellem lil Dun Karm ghax-xoghol siewi tieghu favur il-lingwa Maltija, Azzopardi jiddibatti bis-shih it-titlu tal-poeta sacerdot bhala poeta nazjonali.
[editja] Kontribut Teatrali
Azzopardi stinka kemm seta' sabiex iwassal it-teatru impenjattiv lill-poplu Malti bl-ilsien tagħhom. Iggradwat bħala għalliem ta' l-arti fl-1969 huwa ħadem diversi ghal snin fid-Taqsima tad-Drama fi ħdan il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Fl-1979 waqqaf il-Lyceum Youth Theatre, formazzjoni ta' studenti zghazagh li hadmu fuq progetti estensivi, fosthom dramm espressjonista li fakkar il-waqgha tal-Hajt ta' Berlin fl-1989 u li kien inhadem f'Hamburg, il-Germanja. Fl-1986 tella' d-dramm Galileo Galilei ta' Bertold Brecht u l-produzzjoni li ntlaqghet kemm bħala fewġa ta' arja friska mill-imxennqin ghall-bidla fil-kamp teatrali kif ukoll b'arja ta' xettiċiżmu mill-qasam neo-konformista, fosthom il-gazzetta kattolika Leħen is-Sewwa.
Sena wara waqqaf Politeatru u baqa' jmexxih sa' l-l992. Fi hdan dik il-formazzjoni ssawret xehda ta' artisti ewlenin tal-palk, fosthom Ray Abdilla, Ray Calleja, Etienne St. John, Marvic Cordina, Maria Vella, Karmenu Vella, Maryanne Muscat, Mario (Snits) Spiteri u Zep Camilleri, fost ohrajn. F'din l-intrapriza introduca t-teatru Russu, minn Cekov sa Vampilov, ingagga diversi diretturi barranin kif ukoll ipprezenta drammi maqlubin ghall-Malti mir-repertorju Ingliz tal-kitchen sink drama fit-Teatru tal-General Workers' Union, maghruf ukoll bhala t-Teatru tal-Haddiema, quddiem udjenzi numeruzi.
Fl-1990, bħala d-direttur artistiku taċ-Ċentru Kulturali Russu, huwa kkordina l-ewwel festival ta' l-arti Malti-Russu ġewwa Moska. Bħala direttur teatrali huwa tella', fost l-oħrajn, xogħolijiet ta' Aristofani, Euripede, Shakespeare, Ibsen, Gorky, Pinter, Williams u Sartre.
Fl-ahhar decenju tas-seklu Ghoxrin Azzopardi baqa' joqrob aktar lejn tip ta' teatru "impenjat socjalment" u beda jiehu sehem fi progetti godda ma' pajjizi Ewropej. L-involviment tieghu baqa' jissahhah bi progetti teatrali assistiti mill-Unjoni Ewropea, l-aktar fil-qasam ta' l-edukazzjoni ghal matul il-hajja trasmessa b'forom drammatici. Mill-2000 'il hawn, hu hadem bhala animatur ewlieni teatrali f'inhawi bhall-Italja, l-Awstrija, il-Germanja, is-Slovakkja, ir-Romanija, il-Polonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Ingilterra. Fl-2007 kiteb u pproduca Coming in from the Shadows, dramm ibbazat fuq sensiela ta' narrativi awtentici ta' klandestini li harbu lejn l-Ewropa biex jevitaw kull xorta ta' oppressjoni, minn abbuz domestiku sa persekuzzjoni politika. Id-dramm kien iffilmjat fl-2008 u maghzul mill-Ufficcju ta' l-UNHCR f'Ankara biex jintwera fl-okkazzjoni tal-Jum Dinji tar-Refugjati.
Għaddew erbgħin sena minn mindu Azzopardi beda jikteb. Xorta jidher li baqa' diżilluz bil-qagħda kulturali f'Malta, mifnija bil-konformiżmu u l-biża li wieħed iħaddan fehmiet differenti, jekk mhux ukoll radikali. Il-pinna tieghu dejjem thassret, il-ftit jew wisq, l-insularita' ta' poplu ċkejken li jħossu komdu ma jaħsibx jew li jkun manipulat mentalment. Azzopardi hu wiehed mill-aktar kritici horox tal-manipulaturi tal-media kif ukoll tal-mod kif hafna drabi, ix-xandir televiziv nazzjonali iwarrab l-obbligi formattivi tieghu biex ibaxxi ruhu ghall-forzi tal-kummerc u ghad-dominanza ta' produtturi privati.
Fl-2007, il-kritiku Charles Briffa ppubblika studju estensiv dwar Mario Azzopardi bit-titlu Travelling between Shadows (Progress Press) u nkluda ghadd ta' traduzzjonijiet tax-xoghlijiet ta' Azzopardi ghall-Ingliz. Pubblikazzjoni ohra bil-poeziji ta' Azzopardi, maqlubin ghall-Ingliz mill-professur Grazio Falzon, ghandha t-titlu Naked as Water u kienet ippubblikata fl-iStati Uniti minn Xenox Books fl-1996. L-aktar xoghlijiet recenti ta' Mario Azzopardi, inkluzi kitbiet prozo-poetici jidhru fil-sit elettroniku marioazzopardi.com
[editja] Għejjun
[editja] Ħoloq
[editja] Kotba
Ma' poeti ohrajn:
Antenni (1968) Analizi '70 (1970) Mas-Sejha tat-Tnabar (1972) Dwal fil-Persjani (1973)
Antologiji Personali
Demghat tas-Silg (1976) Passiflora (1977) Tabernakli (1979) Monokordi (1984) Noti mis-Sanatorju tal-Mistici (1995) Skizzi tal-Kasrnival (2010)
Kotba Kritici
Sensiela ta' Studji Kritici pubblikati mill-PEG (Malta); Dun Karm: Bejn il-Vatikan, id-Duce u l-Kuruna (1993) Storja tat-Teatu f'Malta (2003)
Kotba ghat-Tfal u l-Adolexxenti
Stejjer minn Kullmkien (1974) Is-Sultana s-Sewda (2006) Alicia Titkellem mill-Imwiet (2007) L-Ahhar Granet ta' Ciorni (2009) Vampir (2010)
Ricerka It-Teatru f'Malta (2003) Kitbiet dwar it-Teatrin (ed.) (2010)