Marie Louise Coleiro Preca

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Marie-Louise Coleiro-Preca hija Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali attwali u Deputat Laburista fil-Parlament Malti.

Twieldet fl-1958 f’Ħal Qormi. Bint Anthony Coleiro, għalliem, u Judith imwielda Sammut, kienet l-ewwel wild fost sitt ulied. Hija kisbet Baċellerat fl-Istudji Legali u Umanistiċi u gradwat bħala Nutar Pubbliku mill-Università ta’ Malta. Bdiet l-attività fil-volontarjat fl-Azzjoni Kattolika f’Ħal Qormi fl-età ta’ 13-il sena, filwaqt li kienet PRO tal-Union tal-istudenti tal-Polytechnic fl-età ta’ 16-il sena.

Fil-Politika [editja]

Bdiet l-attività politika tagħha meta kellha 16-il sena. Okkupat diversi karigi fi ħdan il-Partit Laburista, fosthom bħala: membru elett tal-Eżekuttiv Nazzjonali, membru fil-Bureau Nazzjonali tal-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti, Assistenta Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, membru fundatur tal-Fondazzjoni Ġuże’ Ellul Mercer, Stampatur tal-Ġurnal tal-Partit Laburista Il-Ħelsien, President tal-Għaqda Nisa Laburisti u mill-1998 Membru Parlamentari Laburista.

Kienet ukoll attiva fi ħdan il-General Workers Union bħala membru fil-Kunsill Nazzjonali tal-Għaqda Ħaddiema Żgħażagħ u Rappreżentanta tal-Partit Laburista fil-Kunsill Nazzjonali tal-GWU. Marie-Louise Coleiro hija omm Angie, u hija miżżewġa lil Edgar Preca.

Nhar il-5 ta' Ġunju 2008 Coleiro Preca ikkontestat mingħajr suċċess għall-ħatra ta' Mexxej ġdid tal-Partit Laburista wara r-riżenja ta' Alfred Sant. 435 minn 879 delegat ivvutaw għal Joseph Muscat. George Abela kiseb 200 vot. Michael Falzon, Evarist Bartolo u Marie Louise Coleiro Preca kisbu 181 vot, 32 vot u 26 vot rispettivament.

Nhar it-2 ta' Ġunju 2011, Coleiro Preca ħabbret li fiċ-ċirkostanzi kif żviluppaw mhux se tkun qed tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss bħala kandidata elettorali f'isem il-Partit Laburista. Qalet li kienet diġa' infurmat lill-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat b'din id-deċiżjoni nhar it-Tlieta 31 ta' Mejju 2011, jiġifieri jumejn wara li tħabbar ir-riżultat tar-referendum fuq id-divorzju. Fi stqarrija l-ġurnata ta' qabel, hija kienet semmiet kif kien hemm min hedded, immalafama u intimida lilha u lill-familja tagħha dwar il-pożizzjoni li kienet ħadet fil-kampanja għar-referendum, kontra d-dħul tad-divorzju.

Iżda tmintax-il jum wara din l-istqarrija, nhar l-20 ta' Ġunju, Coleiro Preca ħabbret li se terġa' tikkontesta mill-ġdid l-elezzjoni ġenerali li jmiss mal-Partit Laburista wara t-turija kbira ta' appoġġ u solidarjeta' li l-elettorat tas-Sitt Distrett u l-insistenza u l-ħeġġa li urew l-eluf ta' familji fid-distrett u barra minnu biex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha, ġabuha f'qagħda li kellha tirrifletti bis-sħiħ fuq id-deċiżjoni li kienet ħadet. Hi semmiet ukoll l-istqarrijiet tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat li ikkonferma li hi kienet konformi mal-linja tal-partit komplew għabbewha bil-piż biex tirrevedi d-deċiżjoni dwar il-kandidatura tagħha.

Nhar it-13 ta' Lulju 2011, għadda mill-Parlament it-tieni qari tal-abbozz ta' liġi dwar id-dħul tad-divorzju f'Malta, b'44 vot favur, 13-il vot kontra u 12-il astensjoni. Il-Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni vvutaw kollha favur, ħlief Adrian Vassallo li vvota kontra u Marie-Louise Coleiro Preca li astjeniet. Fil-11 ta' Lulju, Coleiro Preca qalet li fit-Tielet Qari se tivvota favur. Fil-Parlament hija ma qablitx ma' George Vella li kkritika li min jastjeni għax ikun qed jaħrab mir-responsabbiltà, għax għal Coleiro Precaa din hija kwistjoni ta' kuxjenza.

Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali [editja]

Nhar it-13 ta' Marzu 2013 hija nħatret Ministru tal-Familja u Solidarjetà Soċjali fil-Gvern Laburista li tela' fl-Elezzjonijiet Ġenerali 2013 li saru ħamest ijiem qabel. Taħt id-dekasteru tagħha jaqgħu dawn l-oqsma: Politika Soċjali Politika tal-Familja Politika dwar it-Tfal Housing Soċjali Sigurtà Soċjali Pensjonijiet Servizzi ta’ solidarjetà Politika dwar il-persuni b’diżabilità Anzjani Ħarsien fil-Komunità.

Ħoloq Esterni [editja]