Marco Streller
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 18 ta' Ġunju 1981 Bażel |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.95 m | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Basel | ||
| Numru | 9 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 1988–1997 | FC Aesch | ||
| 1997–2000 | FC Arlesheim | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2000–2004 | Basel | 20 | (13) |
| 2001–2002 | → Concordia Basel (self) | 30 | (16) |
| 2002–2003 | → Thun (self) | 16 | (8) |
| 2004–2007 | Stuttgart | 55 | (9) |
| 2006 | → Köln (self) | 14 | (3) |
| 2006 | Basel | 75 | (39) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2003– | Żvizzera | 30 | (11) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 22:05, 5 Settembru 2010 (UTC) |
|||
Marco Streller (Bażel, 18 ta' Ġunju 1981) hu plejer tal-futbol Żvizzeru li jilgħab bħala attakkant ma' Basel u mal-iskwadra nazzjonali.
Werrej |
[editja] Karriera
[editja] Klabb
Streller beda l-karriera tiegħu ma' Basel. Iddebutta mat-tim fis-sena 2000, qabel ma fl-istaġun segwenti ġie misluf lil FC Concordia Basel fejn ħalla l-marka tiegħu b'16-il gowl minn 30 logħba. F'Jannar tal-istaġun ta' wara, għadda għal ma' FC Thun, dejjem fuq bażi ta' self. Wara prestazzjonijiet sodisfaċenti li ħalla, irritorna lura lejn Basel bil-wegħda ta' aktar spazju fit-tim.
Matul l-istaġun 2003–04, ir-ritorn tiegħu ta' 13-il gowl minn 16-il partita attira interess minn numru ta' klabbs fil-Bundesliga Ġermaniża, fosthom VfB Stuttgart, liema klabb kiseb il-firma tiegħu għall-istaġun 2004–05. Madanakollu, ftit li xejn ħalla xi forma ta' marka mat-tim u ġie msellef lit-tim ta' Köln għall-aħħar nofs tal-istaġun 2005–06. Lura ma' Stuttgart, ftit li xejn impona ruħu fis-sistema tat-tim u reġa' rritorna lura ma' Basel f'Ġunju tal-2007. Lura pajjiżu, Streller reġa' sab il-forma hekk kif kien l-aqwa skorer matul l-2007–08 bi 12-il gowl.
[editja] Internazzjonali
Plejer internazzjonali mill-2003, hu kien jifforma parti mit-tim parteċipi fil-Kampjonati Ewropej 2004, it-Tazza tad-Dinja 2006 u l-Kampjonati Ewropej 2008. Madanakollu kellu jirtira mill-manifestazzjoni tal-Euro 2004 minħabba uġigħ. Wara partita kontra l-Liechtenstein, ħabbar li kien se jirtira b'mod definittiv mit-tim nazzjonali minħabba nuqqas ta' sosten tal-partitarji. Imma, il-kowċ Ottmar Hitzfeld ikkonviċieh jerġa' pass lura mid-deċiżjoni li kien ħa.
[editja] Unuri
- Super League Żvizzera: 2003–04, 2007–08, 2009–10
- Tazza Żvizzera: 2007–08, 2009–10
- Bundesliga: 2006–07
[editja] Ħoloq esterni
- (Ġermaniż) Sit personali