Marċell Mizzi

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Marċell Mizzi
Ħajja
Twelid 15 Marzu 1922
Nazzjonalità Malta
Mewt 2013
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
kittieb
poeta
traduttur

Marċell Mizzi (Rabat (Għawdex), 15 ta' Marzu 1922 - Rabat (Għawdex), 4 ta' Frar, 2013) kien politiku u kittieb Malti.

Studja fl-iskola tal-Gvern, fil-Liceo u l-Università ta' Malta. Ħadem bħala għalliem fl-iskejjel Primarji u Sekondarji tal-Gvern u tal-Knisja u ta' Prokuratur Legali. Bejn l-1955 u l-1958 u mill-1963 sal-1966 kien Membru tal-Parlament.

Ippubblika poeżiji, stejjer qosra u artikli f'rivisti (Leħen Malti u Il-Malti) u f'ġurnali (Leħen is-Sewwa u Il-Ħajja); ittraduċa Treasure Island ta' Robert Louis Stevenson li ppubblika f'puntati f' It-Torċa. Fl-1997, ippubblika il-Ktieb Il-Mewt taż-Żgħażagħ u poeżiji oħra.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]