Magdalena Tul
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| Magdalena Tul | |
|---|---|
Magdalena Tul (2011) |
|
| Informazzjoni ġenerali | |
| Magħrufa | Lady Tullo |
| Twieldet | 29 ta' April 1980 Gdańsk, Polonja |
| Ġeneru | Pop |
| Snin ta' attività | 2000–preżent |
| Sit uffiċjali | magdalenatul.pl |
Magdalena Tul (Gdańsk, 29 ta' April 1980) hija kantanta Pollakka.
Fis-sena 2000, ittrasferixxiet minn Gdańsk għall-belt kapitali Varsavja fejn hemmhekk bdiet taħdem bħala kantanta u attriċi għat-teatru mużikali Studio Buffo. Tliet snin wara, Magda issiebħet ma' teatru mużikali ieħor, Roma. Hemmhekk, hi ħadet sehem f'musicals bħal "Miss Saigon", "Grease", "Cats" u "Academy of Mister Kleks".
Magda kienet fil-lista proviżorja ta' kantanti prospettivi għall-Festival tal-Eurovision 2005 f'isem il-Polonja. Sitt snin wara, fl-14 ta' Frar 2011, ġiet magħżula biex iġġorr il-bandiera Pollakka fil-Eurovision Song Contest 2011 ġewwa l-Ġermanja, bil-kanzunetta "Jestem".[1]
Referenzi [editja]
- ^ Edward Montebello. (Ingliż) Poland: Magdalena Tul to Dusseldorf. Esctoday.com, 14-02-2011
Ħoloq esterni [editja]
| Predeċessur Marcin Mroziński |
Polonja fil-Festival tal-Eurovision 2011 |
Suċċessur |