Madre Teresa Nuzzo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Madre Teresa Nuzzo
Ħajja
Twelid Valletta, 11 Mejju 1851
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Renju Unit
Mewt Ħamrun, 17 April 1923
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni tabib
soru

Teresa Nuzzo, li għexet twieldet u għexet f'Malta bejn l-1851 u l-1923, hija l-fundatriċi tas-sorijiet Ulied il-Qalb ta' Ġesù.

Introduzzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Sa mill-bidu Alla sejjaħ lil diversi nies qalbiena biex jgħixu u jxandru lilu. F’Malta Alla għogbu fil-ħniena tiegħu jsejjaħ mara qaddisa u safja f’qalbha.

Twelid[immodifika | immodifika s-sors]

Kien Mejju anzi 11 ta' Mejju tal-1851, meta Lwiża Morracchi u Pawlu Nuzzo taw lid-dinja u lil-Knisja, frott ħelu u ta' sustanza għall-ħamirja fertitli, dak inhar twieldet MARIA TERESA NUZZO. Mara li f’ħajjitha kellha tbati tbatija tal-ġenn, u mhux ta b’xejn kienet iġġib l-isem tal-Kurċifiss. Kif kienet l-użanza Maria tagħmmdet fil-paroċċa kolleġġjata ta San Pawl fil-Belt Valletta, u ġiet imsemmija Marija, Teresa, Ġużeppa, Plaċida, Filumena. Gejtana u Gaċinta Nuzzo.L-għammiedi kien Dun Pawl Camilleri u dan ukoll taha ismu u żidilha l-isem Pawla. Maria Teresa kienet imsemmijja għan-nanna taghha li kienet iġġib l-isem Teresa Lombardi. Għalkemm Nuzzo u Morrachi kienu rari hafna f’Malta dawn kienu jiġu minn xulxin, sfortunatament f’Malta ma baqgħa ħadd li kunjomu b’dawn il-Kunjomijiet.

It-Tfulija u żogħżijha[immodifika | immodifika s-sors]

Ta’ 8 snin Teresa rċeviet għall-ewwel darba lil maħbub tagħha Ġesu’, jidher biċ-ċar il-ferħ kbir u anke jigħdulna li kienet diġa' matura għall-eta’ tagħha. Meta kella dawk l- 11-il sena għamlet il-griżma ta l-isqof minn idejn l-Arċisqof Geatano Paceforno.

Kull bidu għandu tmiem u dan it-tmiem beda bil-mod ‘l mod riesaq lejn il-familja Nuzzo. Fl-1865 Malta sofriet mill-marda qerrieda tal-kolera u aktar minn 3,160 persuna li l-biċċa l-kbira minnhom mietu, ġew infettati. Fost dawn kien hemm Nikola l-ewwel wildt tal-familja Nuzzo, żagħżugħ fl-aqwa tiegħu ta’ 16-il sena, dan ġara ,meta Teresa kien għad għandha 14-il sena. Meta miet ħuha hija saret il-kbira u għalhekk ħafna mix-xogħol tad-dar waqa fuqha.Il-bniet ta dak iż-żmien kienu jistudjaw xi ħaġa żgħira u kif ġraw l-affarijiet lil Teresa poġġewha f’ħafna kuntatt mat-tfal. Iz-zija tagħha Rożina Nuzzo, kienet tmexxi l-iskola privata magħrufa bhala ta' ‘Nuzzo’. Għalkemm din ma kienitx kbira fl-eta’, Rożina bidiet tħoss lil saħħita tħallijha u bidet tinnota li beda jonqsilha id-dawl t’għajnejha. Fil-fatt Rożina għamiet għal kollox meta Teresa kien għad kellha 15-il sena. Għalkemm Teresa kellha din l-eta’ tant tenera, hija kellha l-ingredjenti kollha biex tmexxi l-iskola u għalhekk hija giet maħtura bħala kap ta l-iskola Nuzzo. Teresa kienet tinqala ukoll għall-ħjata u r-rakmu. L-iskola Nuzzo kienet magħrufa l-aktar għax-xoghol ta l-idejn u dan kien xoghol apprezzat ħafna dak iz-zmien. Rożina strieħet għall-dejjem fl-eta’ ta 61 sena fl-4 ta’ Mazu 1862. Qabel ma sar Arċisqof Mons. Pietru Pace [1] ma kienx ilu Malta u għalhekk Teresa ħasset li tmur għandu għad-direzzjoni spiritwali għaliex f’qalbha kienet tħoss ħeġġa li tiddedika ħajjitha għall-Mulej Alla. Meta kienet fl-iskola hija hasset li dik kienet il-kariga kella tkun il-vokazzjoni ta ħajjitha. Meta Teresa marret għand Mons. Pace huwa għaraf mill-ewwel l-kwalitajiet sbieh tagħha li Alla għoġbu jżejjen lil Teresa bihom. Ir-rabta ta l-isqof u Teresa kienet tidher sew. Hi tistqarr li ma kientx tieħu deċizjoni mingħajr il-parir tieghu. Ma tantx gawditu għax id-dmir sejjaħlu għall-Għawdex u kellu jmur. Teresa ħarset li tagħraf sew il-ħajja ta Teresa ta’ Avila u ppruvat li timitha. Teresa kienet iżomm taħt l-imħadda tagħha l-ktieb tal-ħajja ta’ Teresa ta’ Avila biex meta ma tkunx tista’ torqod kienet taqra xi biċċa imbghad tevalwha sew. Teresa xtaqet li tingħaqad ma xi komunita’ reliġjuża oħra imma, kif jgħid il-Malti ‘Ix-xitan m’għandux ħalib’ u Teresa ma setgħetx twettaq xewqitha għax kellha dmir id-dar u ma setgħetx taqbad u titlaq. L-iskola, il-familja kollha kienu ta tfixkil imma hija baqgħet soda quddiem dawn l-isfidi u xtaqet tagħmel il-voti privati, Mons. Pace d-direttur spiritwali qabel magħha, anzi huwa issugerixxa li din tagħmilhom fil-festa ta’ Santa Teresa fil-15 ta’ Ottubru. Ta xbejba qaddisa Teresa ħassita mbeżża meta waslet biex tmur twiegħed ‘l Alla ħaġa tant serja u meta bdiet taħseb fuq il-ġenituri u ħutha naqsilha l-kuraġġ u nhar il-festa ta’ Santa Teresa, Teresa m’għamlithomx il-voti. Iżda hija ma ħallitx lix-xitan jirbaħ għaliex fil-21 t’Ottubru tas-sena 1872 hi għamlet il-voti mixtieqa minha, minn idejn Mons. Pietru Pace innifsu għalkemm kien għadu vigarju ġenerali tad-djoċesi t’Għawdex. Minkejja l-impenji, hu dejjem baqa jidderieġi lil Teresa.

Ċaħda[immodifika | immodifika s-sors]

Hija kienet mara ta’ Sofferenza kbira, fil-fatt dawk ta madwara kienu jinnutawa li hija ma kienitx tiekol, anqas meta kienet ma tiflaħx. Bdiet tiċċaħad mill-ikel u x-xorb, immaġina kif tista' qatt kienet tgħaddi bil-ħaxix u l-ħobz biss, il-laħam qatt ma kienet tmissu. Kient anke toqgħod lura minn ikel sustanzjuż u dan it-tip ta' ikel żammitu matul ħajjitha kollha. Meta bdiet tgħix fil-komunita’, meta setgħet, Teresa lis-sorijiet ma kinitx tħallihom neqsin, meta kienet tircievi xi karita’ mill-

L-Eċċ. Mons. Pietru Pace

biċċerija lis-sorijiet kienet tigħdilhom ‘Oggi mangia il carne e lascia le patate’ u hi ma tiekolx laħam. Fis-sena 1872 Mons. Pietru Pace inħatar bħala r-ragħaj tad-djoċesi Għawdxija. Hu ma telaqx lil Teresa u biex ma jħallixjiex nieqsa mid- direzzjoni spiritwali huwa ssuggerilha li tieħu bħala direttur spiritwali lil Dun Robert Caruana Gatto, saċerdot magħruf għall-qalb tajba tiegħu. Lil Teresa huwa tagħha il-virtujiet sabieħ u ħarriġa b’id qawwija fl-ubidjenza. Pawlu Nuzzo, missierha, iżewweġ kbir u lil uliedu sfortunatament ħallihom żgħar. Elena omm Pawlu, baqgħet tgħix magħhom sa l-aħħar. In-nanna Elena kellha xi 80 sena, u Teresa kellha t-tmexxija tad-dar f’idejha. Pawlu kien bniedem ta ġenerożita’ kbira u jingħad li saħansitra darba neħħa l-ġlekk biex jagħtih lil tallab. Ġesu’ stess kien jgħidilna li meta tagħmel karita, 'L-id il-leminija m’għandiex tkun taf dik li għamlet ix-xellugija' għaliex Pawlu ma kienx idoqq trombi bis-solidarjeta’ li kien juri mal-fqir. Jingħad ukoll li kienu ġili jħabbtulu waqt l-ikel u mhux talli ma jagħtihomx xi flus imma talli jagħtihom saħansitra l-platt tiegħu bl-akbar għożża u imħabba. Kif nistgħu imbgħad ma nagħrfux is-sens ta karita’ qawwi ta' Teresa meta dan tnissel minn missierha stess, dan il- virtu' narawh ħafna f’l-iskola meta ġieli daħlet it-tfal tal-foqra b’XEJN!!

Fl-1876 meta Teresa kellha 25 sena, missierha qabditu 'disinterite'. Din kienet marda fl-isktonku u l-musrana z-zigħra. Ta’ 73 sena Pawlu kien jidher li wasal fix-xifer ta ħajtu u għalhekk fis-27 ta' Marzu 1876 kien wasal biex jirċivi s-sagramenti meta radd ruħu fl-eta’ ta’ 73.

Vokazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Teresa għamlet l-ewwel attentat tagħha fl-1889 meta marret għand is-sorijiet ta’ Santa Skolstika ġewwa l-Birgu u tkellmet dwar l-vokazjoni tagħha, is-sorijiet tal-klawsura għarfu l-kwalitajiet sbieh tagħha u saħansitra offrewlha li jdaħħluha mingħajr dota tant kemm xtaquha tidħol magħhom. Id-distanza li għal dak iz-zmien kienet kbira, bejn Malta u Għawdex ma qatiliex qalbha lil Teresa biex tieħu l-parir ta’ Mons. Pietru Pace. Hu għamililha ċara li l-ħajja monastika ma kinietx tgħodd għaliha u għalhekk Teresa ma kkumentatx. Il-mewt fuq ommha ġiet ħabtha u sabtha. Luwiża omm Teresa kien għad kellha biss 52 sena meta raddet ruħha ‘l Alla nhar it-8 ta’ Ottubru 1881. Min dak inhar beda jieħu ħsiebhom l-ispiżjar Franġisku Saverju Nuzzo, ħuthom ma tantx damu hemm għax Agatina u Filumena iżżewwġu. Lil Teresa kulħadd kien iħobbha mill-kbir saż-żgħir. Meta kellha 30 sena diġa’ kienu jmorru jfittxuha għall-pariri. Hi kienet tgħinhom mhux biss finanzjarjament iżda anke kienet tbiddlilhom ħajjithom billi tirrakomandhom għand is-sorijiet tal- ‘Bon Pastur’.

Il-Kongregazzjoni ulied il-qalb ta' Ġesù[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-iskola Nuzzo xi għalliema xebbiet kienu qalu lil Teresa li huma m’humiex ser jidħlu ma l-ebda ordni Religjuża oħra għajr l-komunita’ tagħha. Teresa kien għad għandha futur imċajpar, bejn ma xtaqitx titlifhom u bejn ma xtaqitx tibqa’ titamhom. Fis-seklu 20 Teresa Nuzzo bdiet tara xi xaqq ta’ dawl. Hija kienet mara ta’ qalb ħelwa u bdiet tara kif tagħmel u tixtri xi dar. Hija sabet dar fl-Imsida u hemm twaqqfet l-ewwel bejta tal-Kongregazzjoni.

Enrico Nuzzo kuġin ta Teresa ha biċċa art f’idejh fis-17 ta’ Jannar 1891. Tajjeb ngħidu li l-komunita’ ta’ l-Imsida kienet fqira ħafna ġieli anqas x’jieklu ma kien ikollhom is-sorijiet. Dawn kellhom ħafna problemi finanzjarji ġieli kienu jgħaddu b’xi żebbuġa biss. Darba minnhom tant kellhom dejn li tal-ħobż ma tagħhomx aktar. L-ingliżi jigħdu,'The Hardest is the beginning' li tfisser l-iktar iebes huwa l-bidu, u dan Teresa fehmitu sewwa. Hija kellha ħafna dejn minħabba l-artijiet u l-ispejjeż. Għall-bidu l-imseħbin tal-komunita' bdew jissejħu ‘Maestre Pie’ fost dawn kienu hemm, Teresa Nuzzo (fundatriċi), Marija Ġioioso u Marjanna Portelli. Is-sorijiet kienu

Id-dar tal- Ħamrun (Casa Madre)

jaqilgħu xi ħaġa żgħira mir-rakkmu u mix-xogħol ta’ l-idejn. Il-bambin provda u kien hemm dar fil- Ħamrun iżda d-dejn ma tantx ta’ bixra ta’ ħajja twila għall-kongregazzjoni. Mal-Meastre Pie ingħaqdu oħrajn u saru sitta. Teresa Nuzzo (fundatriċi) ta’ 52 sena, Marjanna Portelli ta’ 26 sena, Marija Ġioioso ta’ 19-il sena, Marjanna Portelli ta’ 26 sena, Lukarda Bonniċċi ta’ 25 sena, Ġużeppina Attard ta’ 26 sena u Marija Żammit ta’ 46 sena. Teresa libbsithom bħan-nisa l-oħrajn b’libsa sewda u bl-għonnella. Fid-9 ta’ Awwissu 1903 dawn is-sitta urew ix-xewqa lil Arcisqof u qalulu,'Aħna ilna li dħalna ufficjalment fid-dar tal-Hamrun mill- 5 ta’ Gunju, u issa nixtiequ nitolbuk tliet affatijiet:

1. Li Nilbsu l-libsa reliġjuża 2. Li nkunu nissejħu 'Ulied il-Qalb ta’ Ġesù' 3. Li nibdew ix-xogħol tagħna fost it-tfal u ż-żgħażagħ li jiġu għadna. Fil- 21 ta’ Awwissu kien jum ta ferħ kbir għalijhom mhux biss għall-Teresa imma anke għat-tmienja l-ohra, għax issa kienu ingħaqdu magħhom tnejn oħra. Fil-jum ta’ 1903 twieldet dik il-Kongregazzjoni bl-isem li għada magħrufa għalih sal-llum, #Il-KONGREGAZZJONI TA’ ULIED IL-QALB TA’ ĠESÙ'. Dawn issa bdew isejħu lil xulxin 'suore'. Dawn kienu: Marija Ġioioso- Sor Ġużeppina tal-Qalb ta Ġesù Ġużeppa Attard- Sor Margerita ta’ San Ġużepp Ermelinda Maestre- Sor Marija Dolores tar-Redentur Marija Gambin- Sor Katarina ta’ Ġesù Bambin Marija Zammit- Sor Marija Adeodata ta’ Ġesù Nazzarenu

Kien hemm xi eċċezjonijiet, fosthom lil Teresa lil din l-Arcisqof ħallielha isimha u ġiet; Sor Marija u minflok kunjomha ħadet Ta’ Ġesu’ Imsallab. Lukarda Bonnici li bdiet tissejjaħ 'Sor Veronika tas-Sagrament Imqaddes' imma din ħarġet fl-istess ġurnata u daħlet mal-Franġiskani, lil Marijanna Portelli li ġiet imsemmija 'Sor Marija Teresa tas-Salib Imqaddes' imma din ukoll ħarġet u marret mas-Sorijiet tal-Karita’. Teresa fasslet libsa hija, Teresa tgħid li l-isqof ma tantx kien kuntent biha u għalhekk ġietha f’moħħa biex tllibes lil Marijanna Portelli l-libsa kif xtaqitha hi u hekk l-Isqof għoġbitu. Il-libsa fuq soru tidher mod ieħor. Wara ftit zmien Teresa żiedet l-iskapular. Hija għamret ukoll li f’kull kunvent ikun hemm is-Sagrament. Il-problemi għall-Teresa ma kienux għadhom biżżejjed. Kien fadalla x’issofri. Hija tnikktek meta rat il-mewt ta’ sorijiet żgħar fil-fjur ta’ żożgħithom. Aktar tard infetaħ kunvent fiż-Żejtun dejjem bl-iskop ta edukazzjoni għat-tfal, dar fqira li nieqsa mill-bżonnijiet neċessarji. Id-dar taż-Żejtun iktar tard bdiet isservi bħala orfanatrofju. Maria Teresa fetħet dar oħra l-Marsa u fiha kien hemm ukoll skola. Dawn id-djar għadhom hemm sal-lum u anke l-iskola.

Ittri[immodifika | immodifika s-sors]

Teresa qalet fuq li qalet fuq wiċċha imma l-aktar daqqha ta stallet għaliha kien meta neħħewha minn Madre Ġenerali, immaġina ftit inti twaqqaf għaqda tiegħek u jneħħuk minn president. Aktar minn hekk muhx talli neħħewha imma talli ġabulha soru minn barra, soru Franġiskana. X’umiljazzjoni u minn jaf kemm bkiet Teresa f’kamritha! Biss naraw is-sens ta’ umilta' u fuq kollox l-ubbidjenza. Dawn il-virtujiet rċeviethom mingħand il-qraba tagħha fit-tfulija tagħha. Dan jidher f’ittri bħal dawn: ‘Għażiża Madre taf tgħidli għal kemm-il xahar għandi nibqa' f’din id-dar taż-Żejtun?... Jiena kont staqsejt lill-Arcisqof iżjed direttament, imma dan, tul dawn l-aħħar xhur, ma għoġbux jibgħat iżjed il-barka tiegħu, kif kien jagħmel qabel. Dan qed ngħidulek b’sigriet. Il-Mulej jgħakkisni minn kullimkien u f’kull ħaġa. Ikun imbierek għal dejjem, u nroddlu ħajr ta’ kollox! Intant, jien nwiegħdek li, bil-għajnuna tal-Mulej, meta niġi lura fl-istitut, inkun naf inżomm ruħi fl-istitut fil-post tiegħi ta suddita u ma nindaħal f’xejn iżjed. Ngħid dan, dejjem jekk ma ħarġitx xi dispozizzjoni li jiena nibqa’ ż-Żejun għall-kumplament ta ħajti. Naħseb li int tafu dan! Għalhekk, għażiża Madre, x’taf tgħidli dwar dan?..’ Nitolbok tberikni, u sellili għas-sorijiet kollha. Żommni dejjem bħala l-bint spiritwali li tant tqimek. Sor Marija Teresa ta’ Ġesù Imsallab.’ Jew ‘Għażiża Madre, Qed niktiblek, biex nitolbok tgħader lil oħti Marija, jekk xi darba tonqsok mingħajr ma tinduna. Dik l-imsejkna xbejba, minn mindu mietet ommna qatt ma nfirdet minni, lanqas biss biex xi darba tmur tiekol id-dar għand ħuti l-bniet. Għalhekk, din il-firda qed tħossha iebsa ħafna, u ma tistax tirrasenja ruħha. Biex idderri ftit, qed tmur ‘l hawn u ‘l hinn għand in-neputijiet. Għalhekk, għażiża Madre, nitolbok tagħdirha. Ftakar li hi iltiema. Din oħti tgħidli li hi tħobbok ħafna, imma b’danakollu għadha ma tistax tistabar. Il-Mulej iħallsek, għażiża Madre, għal dak kollu li qed tagħmel fl-istitut. Jiena, minn naħa tiegħi, għalkemm imsejkna, nitlob għalik lill-Qalb ta’ Ġesù, biex jimlik dejjem iżjed bil-grazzji tiegħu. Nirrakkomanda ruhi fit-talb tieghek, nitolbok tberikni. Zommni bhala Bintek li tant tħobbok Sor Marija Teresa ta’ Ġesù Kurċifiss’ Infetħu djar oħra u kif rajna tant kienu fqar li anqas karti ma kellhom, biex jiktbu dan narawh fis-sentenza li kienet tikteb fl-ahhar ‘Skużawni għal din il-karta mkagħbra li qed niktbilkom fuqha’, imamġina kap ta skola u ma jkolliex karti biex tikteb fuqhom.

Il-Mewt[immodifika | immodifika s-sors]

Fix-xahar ta April tas-sena 1923 il-mewt bdiet ixxengel il-minġel tagħha, it-Tlieta 10 ta’ April 1923 lil Madre Maria Teresa tagħtha puplizija, għalkemm minn barra kienet tidher paċifika minn ġewwa kellha tenzjoni qawwija. F’ħajjitha iċċahdet mill-ikel u ġisimha ma felaħx iżjed u għalhekk infaqgħetilha arterja minn moħħha. Hija damet f’din il-kundizzjoni għal ftit ġranet.

Il-kamra fqira ġewwa l-Ħamrun fejn mietet Teresa

Hija xorta kienet f’sensijha imma kellha ħafna ugiegħ. Ġisima beda jipparaliza ftit ftit, tistordi, taqa’ f'koma u terġa tiġi, bdiet sejra lura malajr. Dak inhar stess fl-10 ta’ April irċeviet l-Ewkaristija bħala vjatku. Il-ġisem tagħha baqa’ dejjem jibbies u l-arterji ma baqgħux jippumpjaw id-demm lejn il-moħħ. Fit-13 ta’ April għamlulha il-griżma tal-morda. Fis-16 ta’ April hija intilfet minn sensijha u ma ġietx lura f’tagħha. Is-sorijiet kollha bid-dmugħ f’għajnejhom jitolbu għal din l-omm spiritwali li tant għamlet sagrificcji għalihom saħansitra ma tiekolx hi biex tara lilhom jieklu, qeda hemm fuq soda iebsa għewda tbati u m’hemmx li issib il-mistrieħ. Waqa’ skiet kbir, kien is-6 ta’ filgħodu tas-17 ta’ April ma għabex ix-xemx li r-ruħ ħanina u qaddisa ta’ Teresa Nuzzo ittajret kollha ferħana lejn is-smewwiet u marret fi ħdan il-maħbub tagħha Ġesu’ marret tiltaqa' ma Alla biex tistrieħ u tieħu l-premju li ħadmet bis-sħiħ għalih f’ din id- dinja permezz tat-tbatija tagħha fis-skiet. Il-funeral sar l-għada iżda fil-paroċċa kienet għaddeja l-festa ta San Ġużepp u għalhekk il-funeral sar fil-kappella tal-Kunvent tal-Ħamrun. Hija ndifnet f’sitt oqbra li kienet akkwistat fil-bidu tal-Kongregazzjoni ġewwa l-Addolorata f'Raħal Ġdid u indifnet f’qabar ġdid li jmiss ma l-istatwa tal-qalb ta Ġesù u fuq il-qabar kien hemm miktub dan il-kliem:

"Qui Riposano All’ ombra benefica Del Sacro Cuore Di Gesu’ Le Spoglie Mortali Delle Suore Figlie del sacro Cuore" Li jiffisru hekk: "Hawn, għad-dell tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, Li minnu nistennew kull ġid, qegħdin jistrieħu l-fdalijiet Tas-sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù.

Wara Mewtha[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1955 intgħazlet Superjura Ġeneral ġdida Sor Skolastika Dimech li din għamlet talba lil Arċisqof Mikiel Gonżi u qaltu hekk ‚"Sa minn żmien, il-komunita’ kollha kemm hi ilha b’xewqa ħerqana li l-fdal tal-fundatriċi tagħna, li hi meqjuma b’venerazzjoni kbira minna ilkoll, jiġU trasferitI miċ-ċimiterju ta l-Addolorata u jitqiegħed f’urna, magħmula apposta f’post barra mill-kappella tagħna tal-Ħamrun". L-arċisqof aċċetta mill-ewwel biex il-fdalijiet tagħha jitqgħedu f’urna u jitqgħedu ġewwa l-kappella tal-Ħamrun, imma kien jonqos il-permess ta l-Awtoritajiet ċivili. F’Jannnar ta l-1955 ħareġ l-permess meħtieġ damu jistennew kwazji erba’ snin. Il-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru 1958 tpoġġew f’kaxxa ta l-injam u qabel ma ingħalqet l-urna is-sorjiet ħadu tlett sinniet, il-qalb tal-fidda, biċċiet mill-ilbies li kellha fuqha, il-kurċifiss, id-domna, xi żibeg tal-kuruna, biċċiet mill-kurdun li f’dak iż-żmien kienu jilbsu u wkoll ix-xoqqa li ġabret fiha l-fdal tagħha, dawn inġabru bħala tifkira u anke relikwa tagħha. F’dik l-istess ġurnata, it-tebut bl-urna fih baqgħu sejrin bih lejn il-'Casa Madre'. Kien hemm ħafna nies jakkompanjawha, b’mod speċjali wliedha s-sorijiet. Meta waslu f’tarf Triq San Franġisk, il-karru waqaf. Ħarġu t-tebut, u sitt sorijiet refgħuh u mxew bih tul it-triq kollha sa l-Istitut Nuzzo. Kien Korteo sieket u solenni. Malli waslu ‚l-Casa Madre baqgħu telgħin bih fil-kappella, fejn kien qed jistenniehom Dun Ġużepp Frendo, il-kappillan tagħhom. It-tebut ħallewh f’nofs il-kappella u l-għada saritilha quddiesa b’sufraġju għar-ruħa. Sakemm l-urna baqgħet fil-kappella, is-sorijiet ma ħallewhiex waħedha. Baqgħu magħha jitbiddlu bejniethom. L-urna baqgħet fil-kappella tlett ijiem, biex is-sorijiet li ma setgħux jattendu għall-korteo, jkollhom iċ-ċans li jmissu l-kaxxa bil-fdal tagħha. F’dik id-dar ferħet, Maria Teresa, welldet l-ulied spiritwali tagħha, tnikktet għal xi uħud, u bkiet għall-ulieda li mitulha fil-fjur ta’ ħajjithom. Kienet tifraħ bi żjarat ta’ l-Arċisqof Pace u bis-saħħa li kien jagħtiha. L-istitut kien marbut ma qalbha. Issa qiegħda tistrieħ fis-sliem miġbura ma’ l-ulied spiritwali tagħha. F’nofs id-daħla fl- irħam abjad, hemm minquxa x-xbieha grazjuża tal-mara mimlija bil- qdusija MADRE TERESA NUZZO. Taħtha, hemm din il-kitba bil-latin, li tfisser hekk: "Il-Fdalijiet ta Marija Teresa Nuzzo fundatriċi tas-sorijiet Ulied il-Qalb ta’ Ġesù qed jistrieħu hawn fis-sliem Sabiex it-tfikira ta’ opra tant kbira Ma tintesiex Biż-żmien 1959"

Il-preżent[immodifika | immodifika s-sors]

Illum il-Kongregazzjoni għandha 9 t'idjar ġo Malta, 24 dar fl-Indja, 8 t'idjar fl-Afrika, dar f’Ruma u oħra fi Tripoli, fl-Amerika u fil-Korea ta’ Isfel u issa infetħet dar oħra fl-Amerka, kollha jgawdu il-frott tat-tbatija u ċ-ċaħda ta' din il-mara qaddisa, Teresa Nuzzo. Teresa tibqa’ tgħix f’uliedha is-sorijiet u l-Kongregazzjoni li hi waqqfet u aħna fid-dmir li nimxu fuq il-passi, ta' mara ta' tant rieda soda u mara li ħabbet ‘l Alla. Illum din il-mara qeda tgawdi lilu u l-frott it-tbatija tagħha. Jien ċert li mill-ġenna fejn qiegħda bħalma kienet tagħmel fl-art tibqa’ tagħmel mis-sema, ixxerred il-grazzji li joħorġu mill-qalb ta’ Ġesù. Il-Knisja qed tistudja il-każ tagħha u diġa għandha il-każ, quddiem l-għola awtoritajiet. J’Alla l-Knisja toġgħobha tagħraf lil din il-mara bħala qaddisa u tkun mgħollija bħala eżempju għall-lajċi kollha. Iżda fuq l-eżempju tagħha aħna nħallu kollox f’idejn il-qalb qaddisa ta’ Ġesù u ngħidulu ħa tkun magħmulha ir-rieda tiegħek, u nieħdu kollox bis-sabar u l- ħlewwa kif għamlet Madre Teresa Nuzzo.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "List of Maltese Archbishops". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-11-23. Miġbur 2010-08-31.