Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa
Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa hu avveniment multi-sportiv li jsir kull sentejn u li ilu jiġi organizzat mill-1985 mill-Kumitati Olimpiċi Nazzjonali ta' tmien stati Ewropej.
Werrej |
Parteċipanti[editja]
Il-logħob huma organizzati mill-Assoċjazzjoni Atletika tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa (AASSE). Is-sħubija tikkonsisti minn pajjiżi li huma rappreżentati minn Kumitati Olimpiċi Nazzjonali awtonomi, lokalizzati fl-Ewropa, u li għandhom popolazzjoni ta' inqas minn miljun ruħ. Il-pajjiżi parteċipanti huma:
Il-Gżejjer Faroe qed jippruvaw jiksbu rikonoxximent mill-KOI biex b'hekk ikunu jistgħu jipparteċipaw f'dawn il-logħob. B'differenza mill-membri attwali, il-Gżejjer Faroe mhuwiex pajjiż sovran (huwa hu provinċja awtonoma tad-Danimarka).
Edizzjonijiet[editja]
Din il-manifestazzjoni, li ssir kull sentejn, tiġi ospitata b'sistema ta' rotazzjoni fil-pajjiżi membri tagħha.
Lista ta' dixxiplini sportivi[editja]
Fil-Logħob tal-2007, intlagħbu tnax-il dixxiplina sportiva (b'diviżjonijiet kemm għall-irġiel u anki għan-nisa):
- atletika
- baskitbol
- beach volley
- boċċi
- ġinnastika
- ġudo
- għawm
- ibburdjar
- sparar
- table tennis
- tennis
- volibol
Klassifika ta' kull żmien[editja]
| Poż. | Pajjiż | Deheb | Fidda | Bronż | Total |
|---|---|---|---|---|---|
| 1 | 367 | 257 | 253 | 877 | |
| 2 | 363 | 300 | 275 | 938 | |
| 3 | 230 | 268 | 242 | 740 | |
| 4 | 90 | 112 | 159 | 361 | |
| 5 | 51 | 85 | 101 | 237 | |
| 6 | 49 | 90 | 139 | 278 | |
| 7 | 36 | 69 | 100 | 205 | |
| 8 | 35 | 36 | 54 | 125 | |
| 9 | 0 | 0 | 0 | 0 |
Referenzi[editja]
- ^ Il-Montenegro sar membru tal-AASSE wara l-indipendenza miksuba fl-2006, imma ma bagħat l-ebda atleta fil-logħob tal-2007 f'Monako.
- ^ (Ingliż) "Cyprus to host small European states' games in 2009", 05-06-2007.
- ^ Coming Home with 13 Medals, Portal tal-Prinċipat ta' Liechteinsten, 7 ta' Ġunju, 2005.
Ħoloq esterni[editja]
- L-Assoċjazzjoni Atletika tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa
- Edizzjonijiet
- Kumitat Olimpiku Ewropew: Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa
|
|||||
