Liebru xkupa
| Liebru xkupa | |
|---|---|
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Filu: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Eutheria |
| Superordni: | Euarchontoglires |
| Ordni: | Lagomorpha |
| Familja: | Leporidae |
| Ġeneru: | Lepus |
| Speċi: | L. castroviejoi |
| Isem binominali | |
| Lepus castroviejoi Palacios, 1977 |
|
Il-Liebru xkupa (Lepus castroviejoi) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), nattiv tal-kontinent ta' l-Ewropa u endemiku ta' Spanja.
Dan il-liebru huwa speċi rari u ristretta ħafna, mifruxa ma' arja żgħira fil-penisula Iberika fuq il-Muntanji ta' Kantabrija fit-Tramuntanta ta' Spanja bejn Sierra de Ancares u Sierra de Pena Labra. Din ir-reġjun twila bejn wieħed u ieħor 230 kilomentru mil-Lvant għal-Punent u wiesgħa linqas 25 u l'aktar 40 kilometru mit-Tramuntana sa Nofs in-nhar. Il-Liebru xkupa jgħix fil-muntanji b' elevazzjoni bejn 1,300 u 1,900 metru, għalkemm fix-xitwa jinżel aktar fil-baxx f' elevazzjoni ta' madwar 1000 metru biex jiskarta it-temperaturi kisħin w is-silġ għoli.
Il-Liebru xkupa għal żmien twil kien ikkunsidrat bħala sottospeċi tal-Liebru Ewropew Lepus europaeus sakemm fl' 1976 ġiet deskritta xjentifikament bħala speċi distinta. Ftit li xejn hemm informazzjoni dwar l-ikel, ir-riproduzzjoni u l-imġieba ta' dan il-liebru, imma ix-xjentisti jaħsbu li jgħix ħajja simili tal-Liebru Ewropew Lepus europaeus.
Liebru xkupa adult jikber bejn 45 u 60 ċentimetru twil, b' denb ta' bejn 5 u 10 ċentimetri oħra, par saqajn fuq wara ta' madwar 20 ċentimetru u par widnejn enormi li kapaċi jilħqu it-tul inkredibli ta' 20 ċentimetru.
[editja] Klassifikazzjoni
Dan il-liebru wara li għal ħafna żmien kien ikkunsidrat bħala sottospeċi ta' Lepus europaeus ġie kklassifikat bħala speċi separata fl-1976, u huwa 1 minn 10 speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u ma' hemm 'l ebda sottospeċi rikonoxxuta.
[editja] Sinonimi
"Lepus europaeus castroviejoi" huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Lepus castroviejoi ta' Palacios, 1976.
[editja] Referenzi
- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Lepus castroviejoi. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.